Taħseb li dak li tikteb lil xi kandidat jaqrah hu biss?
Qatt kont taf li meta tikteb lil xi kandidat/ deputat taf tkun qed tikxef għajnek ma’ xi ħadd ieħor?
Il-mod kif il-kandidati għal kull elezzjoni iwasslu l-messaġġ tagħhom inbidel sew maż-żmien. Naqsu l-istreamers, naqsu l-corner meetings u nqatgħu għal kollox it-twaħħil ta’ posters mal-faċċati tad-djar privati.
Illum kull kandidat iħoss il-bżonn illi jwassal il-messaġġ tiegħu minn fuq il-midja soċjali. Imma biex kandidat jirnexxi, mhux biss irid isemma leħnu, imma irid jisma’ lin-nies. Żewġ metodi komuni kif kandidat iżomm kuntatt man-nies huma il-coffee mornings u l-kuntatt permezz ta’ messaġġi
Il-kandidati joħolqu emails u messengers sabiex aħna nitolbuhom pjaċiri, intuhom suġġerimenti, u ovvjament ngħidulhom prosit
Imma kont taf li mhux il-kandidati kollha jaraw dawn il-messaġġi huma biss. Hemm uħud illi jagħtu aċċess lil xi nies fdati minnhom sabiex jeħdulhom ħsieb il-paġni soċjali tagħhom?
Nimmaġina li jkollhom ħafna x’ jagħmlu, u allura l-messaġġi jiġu vetted minn persuna oħra. Imma taħseb illi min jagħti l-aċċess lil xi ħadd ieħor għandu jagħmel disclaimer illi l-messenger jew Email tiegħu għandu aċċess għalih ħaddieħor?
Jekk trid tgħid xi ħaġa personali lil xi ħadd, uża l-whattsup tal-kandidat fuq in-numru tal- mobile illi kien juża qabel iddeċieda li joħroġ għal elezzjoni
U bilħaqq, taf x’ inhi ghost writer? Probbabli ma tafx, imma żgur li ħafna kandidati jafu. U dak li mingħalik kiteb il-kandidat jew deputat , fil- fatt ikun kitbu l- ghost writer
(Mhux Malta biss, serraħ moħħok)