Apprezza li għandek … tarax kbir

 Apprezza li għandek … tarax kbir

Mistoqsija miftuħa wisq imma la ssir, sinjal li tinħass. Din il-mistoqsija qed tinstema’ iżjed f’dawn l-aħħar snin b’rabta mal-bini li tiela’ f’pajjiżna fejn l-ironija hi, li l-persuna tikkritika imma meta tiġi għal deċiżjoni, ikollha biċċa art u tibnieha għax taf li se taqla’ kemxa flus ġmielha minnha.

Imma jekk naħsbu ftit, anke fil-lingwa Maltija jeżisti kliem marbut mal-flus “dak dejjem irekken” … jiġifieri dejjem ifaddal u ma jonfoqx.

Għalkemm tista’ tgħid li bla flus la tgħannaq u anqas tbus, il-flus mhux kollox. Huwa fatt li teżisti wkoll l-idea li tingħadd dwar iż-żgħar “iridu jsiru sinjuri mill-ewwel”. Din tinħass ħafna fejn dari, dak li jkun kien jagħti l-paga lill-ġenituri tiegħu biex jgħinhom mentri llum, kulħadd ifendi għal rasu.

Anke koppja saret taqsam dak li hu tiegħu jew tagħha.

Iż-żmien inbidel. Huwa tajjeb li tfaddal imma huwa importanti wkoll li żżomm il-valur tal-ħajja u r-rispett għaliex għal hawn m’aħnhiex u bil-flus mhux se tixtri l-ħajja. Għix u mhux teżisti u kun ħanin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com