11-il raġuni għaliex toħlom b’persuna oħra meta qiegħed f’relazzjoni
Tinsab kuntent jew kuntenta fir-relazzjoni tiegħek, iżda ssib lilek innifsek toħlom dwar persuna oħra? Meta jiġri dan, tispiċċa mħasseb, imma huwa importanti li nifhmu r-raġunijiet wara din il-ħolma biex inkunu nistgħu nindirizzawhom kif hemm bżonn. F’dan l-artiklu se nesploraw 12-il raġuni għaliex qed ikollok dan it-tip ta’ ħolm.
- M’għadekx tħobb lis-sieħeb jew sieħba tiegħek bħal qabel – xi ħaġa li sfortunatament tiġri f’diversi relazzjonijiet. Meta toħlom b’persuna oħra b’mod romantiku jista’ jfisser li m’għadekx tħoss l-istess sentimenti fil-konfront tas-sieħeb jew sieħba tiegħek.
- Qed taqlibha lis-sieħeb jew sieħba tiegħek – jekk inti b’xi mod jew ieħor ma’ kontx fidil lejn is-sieħeb jew sieħba tiegħek, is-sens ta’ ħtija jista’ jimmanifesta fil-ħolm. Jista’ jservi bħala sinjal li għandek bżonn tkun onest magħhom.
- Qed tħoss sentimenti lejn persuna oħra – il-ħolm ħafna drabi jiżvela l-intenzjonijiet veri tagħna, li ma nkunux nixtiequ nammettu magħna nfusna. Jekk għandek sentimenti għal persuna oħra, dan il-fattur jista’ jkun ir-raġuni għaliex qed toħlom dwarha.
- Għandek xi kwistjoni mhux riżolta ma’ din il-persuna – partikolarment jekk toħlom b’xi eks-sieħeb jew sieħba, jew xi ħadd li kien ħabib tiegħek fil-passat.
- Qed tħoss in-nuqqas tal-eks-sieħeb jew sieħba – meta xi eks jidher fil-ħolm tiegħek, jista’ jkun li sempliċiment qed tħoss in-nuqqas tagħhom jew tal-ħajja li kellkom flimkien, imma ma jfissirx bilfors li għadek tħobbhom.
- Qed tħoss in-nuqqas tal-akbar ħabib/a tiegħek – jekk inti kellek xi ħabib jew ħabiba tas-sess oppost, jista’ jkun li toħlom bihom sempliċiment għax qed tħoss in-nuqqas tagħhom, mhux għax għandek sentimenti romantiċi għalihom.
- M’intix sodisfatt u kuntent fir-relazzjoni tiegħek – biex issib soluzzjoni għal dan, għandek titkellem mas-sieħeb jew sieħba tiegħek u tgħidilhom dak li qed tħoss.
- Qed tħoss in-nuqqas tal-bidu ta’ mħabba ġdida – meta tkun f’relazzjoni għal diversi snin, xi kultant titlef dik l-ispark tal-bidu. Meta toħlom b’persuna oħra, jista’ jfisser li qed tħoss nuqqas ta’ eċitament assoċjat ma’ li wieħed isib imħabba ġdida.
- Tixtieq ittemm ir-relazzjoni tiegħek – jaf qed tħoss li wasal iż-żmien li ttemm kollox u din ix-xewqa qed timmanifesta b’dan il-mod.
- Qed tħossok sesswalment frustrat – speċjalment jekk il-ħolm jinvolvi s-sess, jista’ jkun għax m’intix sesswalment sodisfatt fir-relazzjoni tiegħek.
- Il-persuna li ħlomt biha tirrappreżenta xi ħaġa oħra – speċjalment jekk il-persuna m’għandekx idea min hi jew hu, jista’ jkun qed jirrappreżentaw kwalitajiet li qed tħoss li huma neqsin fir-relazzjoni kurrenti.