7 kunċetti Ġappuniżi li jbiddlulek il-perspettiva tal-ħajja

 7 kunċetti Ġappuniżi li jbiddlulek il-perspettiva tal-ħajja

1.IKIGAI

Skopri x’inhu eżatt l-iskop ta’ ħajtek. Identifika dik ir-raġuni li tqum għaliha kull filgħodu. Agħżel xi ħaġa li taqbel mal-elementi pożittivi tal-karattru tiegħek, il-passjonijiet tiegħek u l-eżiġenzi li toffri id-dinja. Huwa dan kollu li jkompli jagħti sens lil ħajtek.

2.SHIKATA GA NAI

Iġġieled biex tneħħi minn moħħok dak kollu li ma tistax tibdel. Trid tifhem li hemm xi affarijiet li int ma jistax ikollok kontroll fuqhom, u ma ġara xejn b’ daqshekk. Itlaqhom u itfa’ l-enerġija tiegħek fuq dawk l-affarijiet li inti tista’ tibdel.

3.WABI -SABI

Sib il-paċi anke f’dawk l-affarijiet li mhumhiex perfetti. Ftakar, li fil-ħajja xejn mhu perfett, la int u lanqas ħaddieħor. Minflok tissielet għall-perfezzjoni, osserva s-sbuħija fl-imperfezzjonijet għaliex huma dawn li jagħmlu l-ħajja unika u sabiħa.

4.GAMAN

Żomm id-dinjita’ tiegħek anke fil-mumenti diffiċli ta’ ħajtek. Uri maturità emozzjonali u self-control sewwa anke quddiem l-isfidi tal-ħajja. Iftakar li trid taħdem dejjem bil-paċenzja, b’reżiljenza u empatija.

5.OUBAITORI

Tqabbilx lilek innifsek mal-oħrajn. Kulħadd għandu s-sekwenza, it-temp u l-mixja tiegħu. Huwa importanti li tiffoka fuq il-progress tiegħek stess aktar milli toqgħod titkejjel ma’ ħaddieħor.

6.KAIZEN

Tixba’ qatt tfittex li ttejjeb aspetti differenti ta’ ħajtek. Anke t-tibdiliet iż-żgħar jakkumulaw maż-żmien u tkun tista’ tara l-impatt kbir li jkun ħallew matul ħajtek.

7.GANBATTE

Agħti dejjem il-massimu tiegħek f’dak li tagħmel. Tieqaf qatt tissielet biex tikseb livell eċċellenti f’dak kollu li tagħmel. L-eċċellenza ma jfissirx li tkun immakulat imma jfisser li int tagħmel l-għalmu tiegħek biex tikseb l-aqwa kwalità fi ħsibijietek, kliemek u l-azzjonijiet tieghek.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com