Affarijiet strambi u tad-daħk li t-tfal qalu lill-adulti…

 Affarijiet strambi u tad-daħk li t-tfal qalu lill-adulti…

It-tfal kapaċi jġiegħeluk tħossok l-aktar persuna speċjali fid-dinja f’mument, u wara joħorġu b’xi kumment stramb iżda innoċenti li kapaċi jitfgħek fi kriżi identika. Dawn huma ftit kummenti internazzjonali li ltqajna magħhom aħna ta’ Strada Rjali. 

  1. Missier kien qed jimxi fi triq bi ħwienet differenti mat-tfal tiegħu, fil-pront wieħed waqaf quddiem ħanut, ipponta sebgħu lejn tazza tal-inbid u qal lil missieru: “Ara pa, dik it-tip ta’ tazza li tħobb in-nanna”.
  2. Omm kienet se takkumpanja lit-tifel tagħha waqt ħarġa tal-iskola, ftit ġranet qabel ma marru, it-tifel qalilha: “Ma nispera li tiġi suret in-nies. Kif inti bħalissa. Mhux kif tkun meta twassalni l-iskola filgħodu.”
  3. Tifla ta’ 4 snin qalet lil ommha li kienet se tomxotilha xagħarha…iżda minflok ressqet il-moxt lejn xagħar ommha, marret għal geddumha.
  4. Omm xtrat threadmill biex tibda tagħmel eżerċizzju d-dar. Staqsiet lit-tifla tagħha jekk taħsibx li t-threadmill se tgħinha ssebbaħ il-figura tagħha. It-tifla ta’ erba’ snin wieġbet: “Ifhem, mhix bakketta maġika.”
  5. Missier kien qed jilgħab ma’ bintu meta din talbitu biex jgħaddilha l-flixkun tagħha tal-ilma. Meta għamel dan, weġbitu: “Grazzi xiħ!” Hu baqa’ jħares lejha… u hi kompliet: “Xiex? Għandek ix-xagħar abjad fil-leħja, dan ifisser li int xiħ.”
  6. Tifel dar fuq ommu u qalilha: “Meta nikber se jkollu l-mustaċċi. Mhux bħal tiegħek, bħal tal-papa’”.
  7. Tifla marret tgħannaq lil ommha u ppruvat iddawwar idejha magħha. Fil-pront qaltilha: “Kemm int wiesgħa ma!”
  8. Tifla li raqdet għand in-nanna tagħha, fl-istess sodda, filgħodu qaltliha: “Nann, ma naħsibx li se norqod aktar fis-sodda miegħek, għax tonħor qisek ħanżir!”
  9. Koppja kienu viċin pixxina mat-tifel tagħhom, iżda l-omm ma setgħetx issib lill-missier. Staqsiet lit-tifel: “Fejn qiegħed missierek?” Hu kien pront u wieġeb: “Forsi ltaqa’ ma’ xi ħadd ieħor!”
  10. Mara qalet li t-tifel darba staqsiha: “Kemm kellek żmien meta ma kontx xiħa?”

Lilkom għaddewlkom kummenti strambi t-tfal? Għidulna fil-kummenti!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com