Apparti l-gowl ta’ Bajrami, kien hemm aktar gowls skurjati f’ħin bikri
Fil-partita tal-Euro Cup ta’ din is-sena bejn l-Italja u l-Albanija, kulħadd seta’ jinnota li l-Albaniżi ħasdu lit-Taljani u marru fil-vantaġġ kmieni ħafna fil-partita. Kienu għaddew biss 23 sekonda mill-ftuħ tal-partita meta l-Albaniż Nedim Bejrami, player illi jilgħab fl-Italja stess, irnexxielu isib ix-xibka .Kien gowl li se jibqa’ jissemma għaliex sa issa kien l-aktar gowl veloċi fl-istorja tal-Euro Cup
Gowl kmieni f’partita futbol jgħodd daqs gowl skurjat f’kull ħin tal-partita. Biss għandu l-vantaġġ illi jaf jikkundizjona logħba billi jħarbat xi ftit il-pjanijiet tattiċi illi jkollu tim avversarju
Biss il-gowl ta’ Bajrami ma kienx l-uniku gowl illi ġie skurjat daqshekk kmieni. Fl-istorja ta’ din it-tazza kien hemm players oħra illi tefgħu lil pajjiżhom fil-vantaġġ kmieni fil-partita, għalkemm forsi mhux kmieni daqs Bejrami
Dmitri Krichenko ħa biss 67 sekonda sabiex tefa’ lir-Russja fil-vantaġġ fil-partita kontra l-Greċja milgħuba f’Ġunju ta’ għoxrin sena ili, mirbuħa mill-istess Greċja
Fl-aħħar edizzjoni ukoll kellna xi gowls illi ġew skurjati vera kmieni. L-Iżvediż Emil Forsberg skurja wara minuta u 22 sekonda kontra l-Polonja, filwaqt illi d-Daniż Poulsen skorja fil-logħba kontra l-Belġju wara minuta u 39 sekonda
Robert Lewandowski ħa biss sekonda aktar minn Poulsen sabiex sab ix-xibka kontra l-Portugal fl-edizzjoni tal-2016. Fil-finali tal-aħħar edizzjoni, Luke Shaw tefa’ lill-Ingilterra fil-vantaġġ wara minuta u 56 sekonda fil-partita kontra l-Italja, partita mirbuħa mit-Taljani wara l-għoti tal-penalties
Maż-żewġ minuti eżatt, l-Irlandiż Brady tefa’ lil pajjiżu fil-vantaġġ fit-telfa ta’ tnejn b’wieħed kontra Franza fl-edizzjoni tal-2016. Fl-edizzjoni tal-2012, Petr Jiracek tefa’ liċ-Ċeki fil-vantaġġ fir- rebħa kontra l-Greċja wara żewġ minuti u erbatax -il sekonda, waqt illi Alan Shearer ħa l-istess ħin eżatt biex sab ix-xibka fis-semi finali tal-1996 kontra l-Ġermanja. Mal- gowls skurjati kmieni inżidu ukoll il-gowl ta’ Michael Owen illi fil-partita tal-kwarti tal-finali kontra l-Portugal, edizzjoni 2004 , skorja wara żewġ minuti u 25 sekonda