Ara x’tista’ tagħmel biex il-festin li jmiss ikun wieħed memorabbli…

 Ara x’tista’ tagħmel biex il-festin li jmiss ikun wieħed memorabbli…

Jekk tixtieq festin memorabbli għalik u għall-maħbubin tiegħek, se nkunu qed ngħidulkom fejn għandkom tmorru biex iċ-ċelebrazzjoni tagħkom tkun mill-aqwa. 

Propju fil-qalba tal-Mosta, għal dawn l-aħħar 15-il sena ilu jopera ħanut magħruf bħala Bemania Party Supplies. Dan in-negozju beda b’missjoni sempliċi: biex joħloq sentimenti ta’ kuntentizza f’kull ċelebrazzjoni.

Meta żżur il-ħanut mit-Tnejn sas-Sibt bejn id-9am u s-7pm se tkun tista’ tara mijiet ta’ oġġetti differenti li jistgħu jelevaw iċ-ċelebrazzjoni tiegħek, ibda minn dekorazzjonijiet, għal platti u tazzi u dak kollu li tista’ tiġi bżonnu waqt festin. Intant, il-ħanut jiftaħ ukoll il-Ħadd, bejn id-9am u l-11am…jekk insejt xi ħaġa għaċ-ċelebrazzjoni tiegħek, lil ta’ Bemania se ssibhom hemm biex jaqduk ta’ kuljum!

Apparti minn hekk, il-ħanut joffri wkoll varjetà vasta ta’ kostumi, b’dedika speċjali għal dawk kollha li jħobbu themed parties. Intant, tista’ wkoll issib varjetà ta’ rigali wkoll, perfetti kemm sabiex tagħtihom lill-mistednin tiegħek, u anke jekk inti mistieden u tixtieq tieħu rigal differenti u divertenti.

Jekk dan kollu mhux biżżejjed, mela se ngħidulkom raġuni oħra għaliex Bemania huwa propju one-stop-shop għaċ-ċelebrazzjoni tiegħek. Infatti hawn se ssibu wkoll diversi tipi ta’ ħelu, lesti biex iżidu dik in-naqra ħlewwa fil-festin tagħkom. 

Tgħidulna…iva, ok, minjaf b’liema kont nispiċċa noħroġ minn hemm…Aħna ngħidulkom li l-prezzijiet ta’ Bemania huma verament kompetittivi, u żgur se toħorġu b’dak kollu li għandkom bżonn għal ċelebrazzjoni mill-aqwa, mingħajr ma tiżbankaw.

Bemania mhux biss ħanut, iżda huwa destinazzjoni li tippermetti li tingħata l-ħajja liċ-ċelebrazzjonijiet. Kemm jekk qed tippjana li tiċċelebra għeluq sninek, tixtieq torganizza serata b’xi tema speċjali, jew sempliċiment tixtieq toħloq ftit ferħ fil-ħajja tal-maħbubin tiegħek, Bemania għandhom dak kollu li għandek bżonn biex tibdel mumenti f’memorji. 

Tistienniex ħafna aktar…żur lil Bemania, illum qabel għada!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com