Beda l-użu tal-airconditioner … x’għandek tagħmel għal mal-lejl biex ma tinxifx?

 Beda l-użu tal-airconditioner … x’għandek tagħmel għal mal-lejl biex ma tinxifx?

Hekk kif is-sħana bdiet tagħmel tagħha, beda jintuża l-airconditioner fid-djar u fil-karozzi. Qabel, l-ac (fil-qosor) kien xi ħaġa lussuża u li mhux kulħadd jaffordja. Illum alla ħares ma jkunx hu bit-tibdil tal-klima u biż-żieda tas-sħana f’pajjiżna.

Imma, jekk tuża l-ac fit-tul, tħoss nixfa fi griżmejk. Din forsi ma tantx nagħtu kasha matul il-jum imma billejl, taffettwana sew u spiss inqumu bi griżmejna juġgħuna.

Mod faċli biex dan ma jseħħx huwa li tpoġġi bowls bl-ilma madwar il-kamra tas-sodda. L-ilma jevpaora fl-arja u l-ac jiġbed lilu flok jixxuttak minn ġewwa.

Biex issir evaporazzjoni iżjed malajr, trid tpoġġi bowl iżjed ċatti u anke viċin tieqa. Ma jimpurtax li jinxtorob mid-dawl tax-xemx (jekk qed tagħmlu anke matul il-jum) għaliex xorta waħda l-kamra tumda ruħha b’din il-prattika.

Huwa importanti li nikkontrollaw il-ħin li nagħmlu fl-ac għaliex jikkawża wkoll uġiegħ fl-għadam.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com