Dan huwa l-uniku mod kif tista’ tinduna jekk id-dulliegħa hix tajba…

 Dan huwa l-uniku mod kif tista’ tinduna jekk id-dulliegħa hix tajba…

Is-sajf huwa ż-żmien li fih tiekol il-frott sabiex iżżomm lilek innifsek frisk. Fost il-frott tas-sajf hemm id-dulliegħa, frotta li tista’ ssibha mrammla, ħelwa u tajba u tista’ taqsamha u ssibha xi ftit bla togħma. F’dan l-artiklu se ngħidulkom kif tindunaw liema hi d-dulliegħa perfetta qabel ma tixtruha.

Skond il-bdiewa, biex tinduna jekk id-dulliegħa hix misjura u tajba jew le, għandek tara li jkollha parti mill-qoxra tagħha b’ċirku safrani ċar, li ġeneralment ikun fin-naħa ta’ taħt tad-dulliegħa. Dulliegħa misjura tinħass itqal minn kemm tidher, dan hekk kif ikollha ammont akbar ta’ ilma fiha. Għandek tagħtiha daqqa u tisma’ l-ħoss tagħha. Jekk il-ħoss li tagħmel huwa bħal donnu d-dulliegħa vojta minn ġewwa, mela din hija misjura. Jekk il-ħoss li tagħmel huwa ta’ livell ogħla, mela mhux misjura biżżejjed.

L-aħjar żmien li tixtri d-dulliegħa huwa bejn April u Settembru, u tibqa’ tajba bejn tliet u erba’ ġimgħat.

 

Caption: Daqshekk xtrajt dulliegħ bla togħma b’dan il-metodu!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com