Dawn iż-żewġ buttuni jistgħu jiffrankawlek ħafna xogħol
Qatt kont taf illi l-ittri ta’ fuq it-tastiera (keyboard) mhux qegħdin hemm biss biex tifforma il-kliem? Kont taf illi kull ittra, jekk tagħfasha flimkien ma’ “ CTRL” tkun qed tagħti kmand lill-kompjuter sabiex jagħmel xi ħaġa? Probbabli, dik il-ħaġa jkun hemm modi oħra kif tasal għaliha, imma b’żewġ għafsiet fuq il-keyboard, subgħa fuq il-CTRL u l-ieħor fuq l-ittra tkun qed tasal aktar malajr
Ejja naraw ftit minn dawn is-shortcuts
CTRL u B tintuża biex il-kliem jiġi bold (hekk għadni kemm għamilt), filwaqt li jekk ma’ CTRL tagħfas I, il-kliem jiġi italic. Jekk tagħfas l-ittra A ma’ CTRL, id-dokument jiġi kollu highlighted, filwaqt li jekk tagħfasha ma’ C dak highlighted jiġi ikkupjat. Jekk ifettillek tagħfas mal-P, tista’ tmur tiġbor il-karta mal-printer
Biex jiġi xogħol pulit nagħmluh justify ( il-kliem jiġi minn kull naħa indaqs), u din tista’ ssir billi nagħfsu l-ittra J mal- CTRL. Issa jekk trid il-kitba lejn ix-xellug, agħfas L, filwaqt li jekk tagħfas l-ittra N, tibda xi ħaġa ġdida
Jekk trid linja taħt il-kliem li qed tikteb, agħfas il-U (dejjem mal- CTRL), filwaqt li jekk trid iżżomm (save) agħfas S
Insomma kull ittra għandha funzjoni. Kemm taf minnhom? Ġieli skoprejt xi waħda ġdida
Hemm ħafna aktar shortcuts illi wieħed jista’ jagħmel. L-importanti li tkun taf tagħmilhom sew għax inkella tispiċċa taħli aktar ħin milli tkun iffrankajt