Dawn l-affarijiet dwar il-pizza probabbli ma tafhomx
IL-pizza huwa wieħed mill-platti l-aktar popolari. Probabbli għax kulħadd iħobbha, forsi mhux kulħadd bl-istess ingredjenti, imma b’xi mod jew ieħor kulħadd togħġbu. Hemm ħafna modi kif issir. Pajjiżi jew reġjuni differenti raw kif għamlu u deffsu l-ingredjenti tradizzjonali fuq l-għaġina irqiqa midluka biz-zalza. Insomma, tant hawn metodi differenti illi lanqas l-għaġina m’għandha bżonn tkun irqiqa, u lanqas hemm bżonn tkun midluka biz-zalza. Mijiet ta’ metodi u ta’ ingredjenti
Probbabli apparti li kulħadd iħobbha, kważi kulħadd jaf kif issir, għax hija sempliċi. Ovvjament trid tkun taf tagħmel l-għaġina, jew jekk le, mhux problema, tixtriha lesta. Imma mhux kulħadd jaf dawn is-sbatax -il fatt dwar il-pizza:
1. Kontra dak li ħafna jaħsbu, l-ewwel pizez saru mill-Eġizzjani u l-Griegi li kienu jaħmu għaġina rqiqa u fuqha kienu jitfgħu żejt u ħwawar
2. L-aktar pizza għalja tinbiegħi f’Salerno, il-Pizza Luigi XIII, għal prezz ta’ 12 -il elf Dollaru Amerikan. Ovvjament ma fihiex bajd u perżut, imma tkun mimlija bil-kavjar u lobster
3. L-aktar ingredjent popolari għal fuq il-pizza huwa l-peperoni
4. Fis-sena 2001, il-pizza anki waslet sa l-ispazju
5. Fl-2006, ir-Rumen Cristian Dumetru kiser rekord dinji billi kiel 200 libbra ta’ pizza f’ ġimgħa waħda biss
6. L-ewwel pizza tal-friża inbiegħet fl-1962
7. Il-Hawaain Pizza, il-pizza magħrufa li fuqha jitfgħu il-pineapple, ġiet ivvintata fil-Kanada
8. Ġewwa Philadelphia jeżisti mużew b’affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-pizza
9. Riċekaturi Taljani qalu illi jekk tiekol pizza darba fil-ġimgħa tnaqqas ir-riskju ta’ ċerti tipi tal-kanċer bħal kanċer tal-musrana u l-ħalq
10. Waħda mill-ewwel affarijiet illi nxtraw minn fuq l-internet, kienet appuntu pizza, fl-1994
11. Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar il-pizza, tajjeb li tkun taf illi jeżistu iktar minn sitta u għoxrin elf ktieb fejn wieħed jista’ jfittex, u ovvjament eluf oħra ta’ artikli fuq l-internet
12. Fil-Ġappun, it-twassil tal-pizza isir permezz ta’ scooters apposta biex il-pizza tibqa’ sħuna
13. Domino’s hija l-akbar kumpanija tal-pizza fid-dinja
14. B & R comapany hija l-kumpanija illi l-aktar li tipproduċi kaxxi għal pizza
15. L-ewwel ħlas bil-Bitcoins saret sabiex inxtrat pizza
16. L-akbar vending machine tal-pizza tinsab fl-Italja, u tlesti pizza fi 3 minuti. L-ewwel vending machine tal-pizza ġiet ivvintata fl-2009, ukoll fl-Italja
17. Il-Pizza Hut hija l-kumpaninja li għandha l-aktar restoranti, tmintax -il elf kollox
CAPTION- Liema ingredjent ma taċċettax fuq il-pizza tiegħek, minkejja li ħafna jagħmluh