Dawra ta’ malajr mal-grawnds tal-EURO 2024
Ftit tagħrif fil-qosor fuq l-għaxar grawnds Ġermaniżi għall-EURO 2024.
Olympiastadion, Berlin
· Spettaturi: 71,000
· Tim: Hertha Berlin (2. Bundesliga)
· Inawgurat: 1936
· Logħob: 3 tal-gruppi; 1 tat-tieni rawnd; 1 tal-kwarti tal-finali; il-finali
Ismu miegħu: oriġinarjament inbena mill-gvern Nazista għal-logħob Olimpiku tal-1936. Din is-sena użah it-tim ta’ Union Berlin għal-logħob taċ-Champions’ League.
RheinEnergieStadion, Cologne
· Spettaturi: 43,000
· Tim: 1. FC Köln (2. Bundesliga)
· Inawgurat: 1923
· Logħob: 4 tal-gruppi; 1 tat-tieni rawnd
Storikament magħruf bħala Muengersdorfer Stadion. Waqt xogħol ta’ ristrutturar qabel l-2006 tneħħiet it-trakka biex in-nies ikunu eqreb.
Signal Induna Park, Dortmund
· Spettaturi: 62,000
· Tim: Borussia Dortmund (Bundesliga)
· Inawgurat: 1974
· Logħob: 4 tal-gruppi; 1 tat-tieni rawnd; 1 semifinali
Għandu strutturi tal-ħadid fil-kantunieri ta’ lewn isfar li jagħtuh dehra unika. F’parti minnhom, magħrufa l-Yellow Wall Stand, l-udjenża toqgħod bilwieqfa; fl-EURO 2024, in-nies se jkunu bilqiegħda.
Merkur Spiel-Arena, Düsseldorf
· Spettaturi: 47,000
· Tim: Fortuna Düsseldorf (2. Bundesliga)
· Inawgurat: 2004
· Logħob: 3 tal-gruppi; 1 tat-tieni rawnd; 1 kwarti tal-finali
Dan huwa l-uniku grawnd li ma ntużax għat-Tazza tad-Dinja 2006. Fi żmien il-pandemija ntuża bħala ċentru tat-tilqim għal perjodu qasir.
Deutsche Bank Park, Frankfurt
· Spettaturi: 47,000
· Tim: Eintracht Frankfurt (Bundesliga)
· Inawgurat: 1925
· Logħob: 4 tal-gruppi; 1 tat-tieni rawnd
In-nies għadhom isejħu dan il-grawnd bl-isem tradizzjonali, Waldstadion.
Veltins Arena, Gelsenkirchen
· Spettaturi: 50,000
· Tim: FC Schalke 04 (2. Bundesliga)
· Inawgurat: 2001
· Logħob: 3 tal-gruppi; 1 tat-tieni rawnd
Għandu saqaf tat-teflon li jista’ jinfetaħ. Il-ħaxix qiegħed fuq tilar li jista’ jiżżerżaq barra biex jikber aħjar u fil-kunċerti biex ma ssirlux ħsara.
Volksparkstadion, l-Amburgu
· Spettaturi: 49,000
· Tim: Hamburger SV (2. Bundesliga)
· Inawgurat: 1953
· Logħob: 4 tal-gruppi; 1 kwarti tal-finali
Il-grawnd użah it-tim ta’ Shaktar Donesk għal-logħob f’‘darhom’ fiċ-Champions’ League minħabba l-gwerra fl-Ukrajna.
Allianz Arena, München
· Spettaturi: 66,000
· Tim: Bayern München (Bundesliga)
· Inawgurat: 2005
· Logħob: 4 tal-gruppi; 1 tat-tieni rawnd; 1 semifinali
Sar bi sħab ma’ 1860 München imma biegħu sehemhom. Magħruf għad-dehra unika minn barra, magħmula minn 2874 panella apposta tal-plastik bi ħxuna ta’ 0.2mm li jibdlu l-kulur.
MHPArena, Stuttgart
· Spettaturi: 51,000
· Tim: VfB Stuttgart (Bundesliga)
· Inawgurat: 1933
· Logħob: 3 tal-gruppi; 1 tat-tieni rawnd
Fih waħda mill-innovazzjonijiet uniċi fil-Ġermanja; it-Tunnel Club, post fil-business area li ċans jaraw il-plejers fid-dressing room.
Red Bull Arena, Leipzig
· Spettaturi: 40,000
· Tim: RB Leipzig (Bundesliga)
· Inawgurat: 2004
· Logħob: 4 tal-gruppi; 1 kwarti tal-finali
L-uniku grawnd li jinsab f’dik li kienet il-Ġermanja tal-Lvant. Inbena ġol-grawnd l-antik, iż-Zentralstadion, li kien jesa iktar minn 100,000 spettatur. Minkejja li nħatt, hemm pontijiet li jgħaqqduhom flimkien.