Eluf ta’ voluntiera jgħinu sabiex il-EURO 2024 tkun ta’ suċċess

 Eluf ta’ voluntiera jgħinu sabiex il-EURO 2024 tkun ta’ suċċess

Sabiex jittella’ avveniment sportiv Ewropew tant u tant kbir, hemm bżonn li eluf ta’ persuni jaħdmu flimkien sabiex l-esperjenza tkun waħda eċċellenti u memorabbli.

Infatti, waqt il-UEFA EURO 2024 hemm total ta’ 16,000 voluntier li bħalissa jinsab fil-Ġermanja sabiex jagħti daqqa t’id fis-suċċess ta’ dan il-kampjonat. Il-belt li qed tospita l-EURO 2024, Cologne, ħolqot programm inklussiv li bih sabet dawn il-voluntiera kollha, inklużi magħhom 50 persuna b’diżabilitajiet intellettwali, li se jkunu qed jaħdmu id f’id ma’ voluntiera oħrajn sabiex jiksbu esperjenza unika.

X’inhu l-irwol ta’ dawn il-voluntiera?

Fost l-affarijiet li se jgħinu fihom dawn il-persuni, se jkunu qed jilqgħu mistednin minn madwar id-dinja kollha, jgħinu fil-proċess tar-reġistrazzjoni, fit-testijiet kontra d-doping, kif ukoll jagħtu s-support neċessarju lill-midja li tkun qed tirrapporta dwar il-kampjonat. 

Il-programm tar-reklutaġġ tal-voluntiera għal dan il-kampjonat ilu jsir sa mill-2016. Dak li jkun japplika onlajn, imbagħad isirulu l-intervisti u t-taħriġ neċessarju sabiex minn hemm jintgħażlu l-persuni ideali għal dan l-avveniment. Din is-sena, applikaw 138,000 persuna sabiex ikunu voluntiera waqt il-UEFA EURO 2024 fil-Ġermanja u minnhom intgħażlu 16,000.

 

Caption: Taf lil xi ħadd li kieku jkun interessat ikun voluntier waqt il-EUFA EURO 2024? Ittaggjahom hawn taħt!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com