Fid-dar tiegħi, trid timxi mar-regoli tiegħi

 Fid-dar tiegħi, trid timxi mar-regoli tiegħi

Meta konna tfal, min jaf kemm smajna lill-ġenituri jgħidulna illi sakemm qegħdin taħt is-saqaf tagħhom, irridu nimxu mar-regoli tagħhom. Eżempju fi x’ ħin nidħlu d-dar, jew jekk nistgħux inqattgħu xi lejl mal-ħbieb. Tajjeb jew ħażin kien ikollna nimxu mar-regoli ( jew ngħawwġuhom ftit żgħira)

Imma r-regoli mhux qegħdin biss għat-tfal. Hawn ħafna min għandu regoli id-dar, u jistenna li ħaddieħor issegwihom

Eżempju hawn min għandu regola illi ma jippermettix tipjip f’ daru. Forsi ħafna nies li jiġu għandek ikunu jafu familjari, u allura jafu li tipjip mhux permess. L-aktar l-aktar jistaqsuk jistgħux iqabbdu sigarett. Tista’ bl-edukazzjoni tgħidilhom li jagħmlulek ħażin. Probabbilment kulħadd se jsegwi

Regola oħra li hawn ħafna sidien ta’ djar li għandhom hu li ma jippermettux nies jidħlulhom id-dar biż-żarbun. Drawwa li żdiedet fi żmien il-Covid. Imma filwaqt li tista’ tħossok komdu tgħid il-familjari jinżgħu iż-żarbun, mhux daqshekk faċli li tgħid persuna li forsi żżurek darba kultant biex tinża żarbun

U xi ngħidu jekk dik il-persuna tkun ħaddiem li ġie jagħmel xi biċċa xogħol f’ darek. Tħossok komdu tgħidlu jinża’ żarbun? U jekk iż-żarbun hu importanti minħabba sigurtà, eżempju jekk persuna ġie jpoġġi l-madum ?

Hawn min għal raġuni jew oħra ma jdaħħalx annimali f’ daru. Minn naħa l-oħra hawn min ma jmur imkien mingħajr il-kelb. Tistħi tgħidlu li kelb ma jidħolx ?

Għandek xi regola u tistenna li kull min jiġi d-dar irid isegwi? U tgħodd għal kulħadd jew hemm xi eċċezzjonijiet?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com