FIRE – il-kanzunetta uffiċjali tal-EURO 2024!

 FIRE – il-kanzunetta uffiċjali tal-EURO 2024!

Waslet biex tibda l-EURO 2024 u bħal ma jsir ma’ kull avveniment Ewropew tat-tip, ħarġet ukoll il-kanzunetta uffiċjali għal din is-sena. Il-kanzunetta li ġġib l-isem ta’ FIRE saret bil-parteċipazzjoni tal-produttur mużikali Taljan MEDUZA, flimkien mal-grupp magħruf fil-palk globali OneRepublic u l-kantanta Ġermaniża Leony.

Il-kliem tal-kanzunetta nkitbu minn Ryan Tedder tal-OneRepublic, il-produzzjoni saret minn MEDUZA, filwaqt li Leony kkontribwiet l-esperjenza tagħha fid-dinja tal-mużika pop. Flimkien ipproduċew kanzunetta li tesprimi b’mod sħiħ l-ispirtu ta’ dan l-isport tant segwit mad-dinja kollha, flimkien mal-emozzjonijiet li jqanqal avveniment Ewropew tat-tip.

Isma’ l-kanzunetta kollha minn hawn taħt:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com