“Għad hawn min joħroġ il-borża tal-iskart fil-ġurnata l-ħażina!”
Minkejja li issa ilu ftit mhux ħażin li nbidlu l-ġranet u l-ħinijiet li fihom jinġabar l-iskart xorta waħda għadek issib min joħroġ borża b’oħra!
Għal dawk li forsi għadhom jitħawdu meta għandhom joħorġu liema borża, dawn huma l-ġranet hawn taħt:
- It-Tnejn – il-borża tal-iskart organiku (bajda)
- It-Tlieta – il-borża tal-iskart imħallat (sewda)
- L-Erbgħa – il-borża tal-iskart organiku (bajda)
- Il-Ħamis – il-borża tal-iskart għar-riċiklar (griża)
- Il-Ġimgħa – il-borża tal-iskart organiku (bajda)
- Is-Sibt – il-borża tal-iskart imħallat (sewda)
Intant, aktar kmieni din is-sena fil-Gażżetta tal-Gvern ġiet ippubblikata l-lista tal-ħinijiet li l-iskart jinġabar f’kull villaġġ Malti. Din tgħinek sabiex tassigura li l-iskart toħorġu f’ħin ideali sabiex jinġabar żgur u tevita li toħorġu wara l-ħin li fih suppost jinġabar. L-iskeda tal-ħinijiet tista’ ssibha hawn taħt:
- 7am: Fontana, Għajnsielem, l-Għarb, l-Għasri, Kerċem, il-Munxar, in-Nadur, il-Qala, ir-Rabat (Għawdex), San Lawrenz, is-Sannat, ix-Xagħra, ix-Xewkija, iż-Żebbuġ (Għawdex), Ħ’Attard, l-Imġarr (Malta), il-Mellieħa, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, ir-Rabat (Malta), Ħal Safi, is-Siġġiewi, Pembroke, il-Belt Valletta, Ħal Tarxien, Ħaż-Żabbar, Birżebbuġa, Ħal Qormi
- 7:30am: Ħal Balzan, il-Mosta, l-Imqabba, Ħal Kirkop, il-Qrendi, Ħaż-Żebbuġ (Malta), San Ġiljan, il-Fgura, il-Kalkara, il-Gudja, Ħal Għaxaq, Marsaskala, Marsaxlokk, Santa Luċija, Santa Venera, iż-Żejtun
- 8am: iż-Żurrieq, Birkirkara, il-Gżira, Pietà, is-Swieqi, Bormla, l-Isla
- 8:30am: L-Imdina, l-Imsida, il-Birgu
- 9am: In-Naxxar, l-Iklin, Ħal Lija, Ta’ Xbiex, il-Furjana, Paola, ix-Xgħajra, il-Ħamrun, Ħal Luqa, il-Marsa
- 9:30am: L-Imtarfa
- 6:30pm: Ħad-Dingli, il-Għargħur*
- 7pm: Tas-Sliema**
*Nhar ta’ Sibt, l-iskart fil-Għargħur jibda jinġabar fil-11am
**Nhar ta’ Sibt, l-iskart f’Tas-Sliema jibda jinġabar fis-1pm