Għadek tagħmel alkoħol fuq idejk bħal ma kont tagħmel fi żmien il-Covid?
Apparti li tatna żmien iebes u ikrah għal kulħadd, il-Covid offrielna diversi tagħlimiet illi kellna bżonn għal ħajja ta’ kuljum. Eżempju, il-Covid għallmitna kif ninġabru fil-qrib mal-familja tagħna, kif nistgħu ingawdu id-dar, kif kull xogħol (anki dak illi ftit nagħtu kasu) huwa importanti, u kif f’temp ta’ ftit jiem (anki fil-verita f’temp ta’ sekondi) il-ħajja tagħna tista’ tinqaleb ta’ taħt fuq
Imma tagħlima oħra li tatna il-Covid hi dwar kemm hu importanti li naħslu idejna u napplikaw l-alkoħol ma jdejna sabiex innaqqsu il-possibilta illi nġorru il-mikrobi. Fi żmien il-Covid tgħallimna ngħatsu u nisgħolu fil-minkeb, kif ukoll napplikaw l-alkoħol mill-ewwel. Kulħadd kien iġorr xi bott żgħir bis-sanitizer
Fi żmien il-Covid għarafna illi ħafna affarijiet illi mmissu jistgħu ikunu maħmuġin u kkontaminati. Kulħadd jixħet l-alkoħol jekk miss il-flus, ATM, pompa tal-petrol jew it-trolleys tas-supermarket. Saħansitra konna nimsħu il-bottijiet tal-preserv li konna nixtru mis-supermarkets jew tal-merċa
U jekk immorru nieklu barra? Mesħa tajba l-mejda bl-alkoħol għax dak li poġġa qabilna hemm il-possibilta illi kellu l-Covid. Kważi lanqas lill-kollegi ma bqajna nafdaw, u meta nidħlu fuq il-postijiet tax-xogħol konna nimsħu d-desks, telefons u saħansitra l-pumi tal-bibien. Ovvjamnet ma konniex nafu x’għandu minn miss il-pum
Fast forward żgħir, u l-Covid għaddiet. U qisu magħha għaddew dawn id-drawwiet. M’għadniex naħslu idejna u napplikaw l-alkoħol kull meta mmissiu xi ħaġa. Insejna illi anki jekk il-Covid għadda, imma baqa’ ammont ieħor ta’ mikrobi illi jistgħu jimxu minn persuna għal oħra permezz tal-kuntatt
Għalkemm l-eseġerazzjoni hi dejjem ħażina, imma tajjeb niftakru li jekk il-flus, atm, pompi tal-petrol u affarijiet oħras setgħu ikunu qed iġorru l-mikrobi fi żmien il-Covid, dawn l-affarijiet għadhom l-istess. U meta mmissuhom għandna nibqgħu napplikaw l-alkoħol, speċjalment qabel imissu wiċċna jew nieklu