Għadna nixkanaw bir-rota jew sirna nibżgħu wisq?
Fit-3 ta’ Ġunju iċċelebrajna l-jum internazzjonali tar-roti! Skont dejta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), l-użu tar-roti f’Malta ra żieda modesta ta’ madwar 2% bejn l-2022 u l-2023. Hawn min jara kull tip ta’ żieda xi ħaġa pożittiva iżda fil-verità għadna nitgħallmu r-rota?
Li titgħallem ir-rota hija ħila siewja ħafna, iżda mhux kulħadd isibha faċli biex jitgħallimha. Din tista’ tkun minħabba:
- Nuqqas ta’ Aċċess: Mhux kulħadd għandu aċċess finanzjarju għal rota.
- Tħassib dwar is-Sigurtà: F’żoni traffikużi, in-nies joqgħodu lura milli jduru u jitgħallmuha.
- Trasport Alternattiv: Nistgħu ngħidu li lussużi f’aspetti ta’ trasport; għandna karozzi, trasport pubbliku, bil-ferry, mixi, tista’ tnaqqas il-ħtieġa perċepita li titgħallem issuq ir-rota.
- Limitazzjonijiet ta’ Ħin: Skedi impenjattivi u t-talbiet tal-ħajja moderna jistgħu jħallu ftit ħin għat-tagħlim tar-rota, speċjalment għall-adulti.
- Limitazzjonijiet Fiżiċi: Individwi b’ċerti diżabilitajiet fiżiċi jew limitazzjonijiet jistgħu jsibu r-rota diffiċli jew impossibbli.
- Biża ta’ Korriment: Il-potenzjal għal waqgħat u korrimenti jista’ jkun deterrent sinifikanti, speċjalment għal dawk li kellhom esperjenzi negattivi fil-passat.
- Nuqqas ta’ Istruzzjoni: Mingħajr xi ħadd biex jgħallimhom, ħafna nies jistgħu jħossuhom intimidati mill-proċess tat-tagħlim biex isuqu rota waħedhom.
Il-promozzjoni tal-benefiċċji taċ-ċikliżmu, it-titjib tal-infrastruttura, u r-roti jsiru aktar aċċessibbli jistgħu jgħinu aktar nies jitgħallmu jsuqu u jgawdu l-bosta benefiċċji fiżiċi, mentali u ambjentali li toffri.