Huwa tajjeb li tieħu ġelat filgħaxija?

 Huwa tajjeb li tieħu ġelat filgħaxija?

U tgħid mhux se ngħidulkom aħna u tisimgħu minna! Sejrin ma tiħdux ġelat fis-sajf, l-iżjed u iżjed wara xi ikla bnina?! Barra l-fatt li l-ġelat tista’ tgħid li huwa popolari f’kull staġun anke fix-Xitwa nnifisha.

Imma din interessanti. Amerisleep.com għamel riċerka tajba fejn sab li l-ġelat qabel l-irqad jista’ jkollu effett negattiv.

Ir-riċerka tinsisti li għandna nevitaw li nieħduh qabel norqdu jekk irridu raqda tajba.

Dan minħabba li fih ammont qawwi ta’ zokkor fih. Mhux biss, imma z-zokkor fid-demm jitla’ malajr u jinżel f’daqqa. Jista’ wkoll ikollu effett imbulġanti fuq l-istonku tiegħek.

L-aħjar mument li tiekol ġelat huwa filgħodu. Issa forsi tgħidu, ikun għadu jisbaħ ħa tieħu ġelat? Imma hekk qed tgħid din ir-riċerka.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com