Iċ-ċensura f’Malta … bżonn?
Bla dubju se twieġbu li le. Imma ssib min ma jaqbilx. Abbli hemm min jgħid li hemm bżonn. Bħal f’kollox, mitt bniedem, mitt fehma.
Iċ-ċensura però tneħħilek mid-dritt tal-kelma.
Lura fit-12 ta’ Ġunju tal-1836, tneħħiet iċ-ċensura minn fuq il-ġurnali u l-kotba f’Malta. Dan il-pass mill-Ingliżi, li wassal għal-libertà tal-istampa kien ittieħed wara żjara minn Kummissjoni Irjali.
Kummissjoni rjali kienet tkun grupp ta’ nies mingħuta mir-Renju Unit biex jistudja s-sitwazzjoni fil-mod intier tagħha, f’pajjiżna. Jiġifieri l-għixien ta’ kuljum, il-faqar, il-kuntentizza, l-aspett soċjali u iżjed.