Idejqek min igiddem difrejh jew inaqqar imnieħru?

 Idejqek min igiddem difrejh jew inaqqar imnieħru?

Hawn ħafna min għandu xi vizzju. Hawn min iqabbad sigarett wara l-ieħor, hawn min il- ħin kollu inaqqar l-ikel, u hawn min isib lilu nnifsu fiex jgħaddi l-ħin , jew in-nervi.

Wieħed mill-aktar vizzji komuni, speċjalment fost l-irġiel huwa it-tgiddim tad-dwiefer. Ovvjament dak li jkun isib idejh il-ħin kollu, u f’ ħin irid jista’ jintefa’ igiddem. Kultant tħares lejn xi id u tiddubita dak li ikunx giddem il-laħam ta’ subgħajh ukoll. U tista’ mhux tgħidilhom li is-swaba jidhru koroh, jew li qed idejquk, għax jisktu għal ftit u jkomplu.

Imbagħad wara tgiddim hawn min jieklu, jew jobżqu, tittama li ma jolqotnix

Imbagħad hawn min illi meta jkun bin-nervi, jinfexx ifarfar xagħru. U mix-xagħar mhux l-ewwel darba li jaqa’ ammont sabiħ ta’ brija, b’ konsegwenza li jimlew kull m’hemm frak abjad irqiq.

Vizzju ieħor komuni, kemm fost it-tfal imma anki l-kbar hu it- tnaqqir ta’ l-imnieħer. Vizzju ikrah u maħmuġ, speċjalment meta jsir quddiem in-nies, meta ma jinħaslux l-idejn u meta jintmess l-ikel. Biex tgħaxxaq kollox, hawn min dak li jkun qala’ minn imnieħru, jitfgħu dirett f’ ħalqu, jew jintefa’ jdawwru bejn subgħajh.

Dawn huma 3 vizzji li għandha nevitaw. Int taf lil xi ħadd li għandu xi vizzju li jdejqek?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com