Il-manutenzjoni tad-dar, hi responsabilita’ tar-raġel?
Il-bżonnijiet fid-dar ma jieqfu qatt. Daqqa nqatgħet bozza, daqqa nstadd xi sink, xi vit iqattar jew il-ħitan qed jibku għal laqgħa żebgħa. Probbabli, ta’ lanqas fil-familji xi ftit antiki, dan ix-xogħol kien qisu bilfors irid iwettqu ir-raġel.. Kien mistenni illi raġel ikun jaf jagħmel ċertu affarijiet bażiċi, imqar iwaħħal inkwatru. Bħal ma kien mistenni li mara tkun taf issajjar jew tħit
Imma raġel bilfors ikun jaf jagħmel ċertu affarijiet? Għaliex jekk ma jkunx jaf jagħmel ċertu affarijiet jidher qisu mhux kapaċi għal xejn? Raġel li mhux xogħlu fis-snajja jista’ jsibha diffiċli sabiex jagħmel ċertu xogħlijiet. Jaf ikun nuqqs ta’ ħeġġa, imma jaf ġenwinament ma jinqalax għal ċertu xogħol
Ħafna affarijiet li semmejna ma jinvolvux xi saħħa fiżika żejda. U allura, jistgħu faċilment minn mara ukoll. U la semmejna s-saħħa fiżika, mhux bilfors illi raġel ikun jiflaħ iqandel aktar minn martu. Imma n-nisa jaqbdu u jwaħħlu l-inkwatri jew jibdlu bozza, jew jistennew lir-raġel jagħmel dan ix-xogħol?
Ħaġa oħra: naf ħafna irġiel illi jkunu lesti illi jagħmlu dawn ix-xogħlijiet illi semmejna. Imma ħafna minn dawn l-irġiel ikunu jridu jagħmlu dan ix-xogħol bil-pass tagħhom. Ma jfissirx li bilfors irid isir illum. Imma kollox jista’ jistenna? Tibjida forsi, imma flushing iqattar jew bozza maqtuigħa?
Int x’tippreferi: Tistenna lir-raġel jagħmel dan ix-xogħol jew tqabbad handyman, fejn xogħol isir aktar malajr, u probbabli aħjar?