Il-Palazz tal-Inwkiżitur u stejjer tat-tortura … hemm minnhom mhux kif jaħsbu ħafna!!!

 Il-Palazz tal-Inwkiżitur u stejjer tat-tortura … hemm minnhom mhux kif jaħsbu ħafna!!!

Il-Palazz inbena fis-snin 1530 ftit wara l-wasla tal-kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta. L-iskop oriġinali tiegħu kien li jospita l-qrati tal-liġi ċivili. Dak iż-żmien kienet tissejjaħ Castellania. Castellan – il-kap tat-tribunal.

M’hemm l-ebda prova ċara min kien il-perit oriġinali tal-ewwel verżjoni tal-bini. Xi sorsi jsemmu perit Grieg Nicolo Flavari li wasal mal-Kavallieri minn Rodi fl-1530. Oħrajn jgħidu li jista’ jkun Fra Diego Perez de Malfreire, li dakinhar kien l-inġinier tal-Ordni.

Fil-bitħa tista’ tara l-elementi Gotiċi eqdem ta’ l-ewwel bini, li nkorporaw ruħhom fil-kostruzzjoni ta’ wara.

Fis-seklu 18 il-faċċata ġiet iddisinjata mill-ġdid minn Romano Fortunato Carapecchia. Huwa introduċa wkoll elementi ġodda fl-intern tal-Palazz – żied taraġ mill-isbaħ fl-istil Barokk Ruman, li jgħaqqad il-pjan terran u l-livell ta’ fuq ta’ Piano Nobile għall-ħabta tal-1733.

Fl-1561 l-inkwiżizzjoni Rumana ġiet stabbilita f’Malta mill-Papa Piju IV. Fl-1574 il-Palazz sar ir-residenza tal-ewwel inkwiżitur Pietro Dusina, li ntbagħat mill-Papa biex jissetilja l-argumenti bejn l-Isqof u l-GMran Mastru ta’ Malta.

Minn dan iż-żmien il-poplu ta’ Malta ġie mmexxi minn tliet poteri: Isqof fl-Imdina, il-Gran Mastru fil-Belt Valletta u l-Inkwiżitur fil-Birgu. Pietro Dusina ddikjara l-Knisja ta’ San Lawrenz bħala l-Parroċċa tal-Inkwiżituri.

Kien il-bidu ta’ tribunal ta’ Inkwiżizzjoni Rumana f’Malta. Dam għal iktar minn 200 sena u ġie abolit fl-1798 minn Napuljun Bonaparte.

Hemm diversi sterjotipi ta’ Inkwiżizzjoni, ġeneralment assoċjati ma’ hruq tal-infedeli, torturi, terrur, ripressjoni, l-ebda libertà tal-kelma jew tal-ħsieb, priġunerija u eżekuzzjoni. Ħafna minn dawn l-isterjotipi nħolqu minn Inkwiżizzjoni Spanjola aktar krudili, filwaqt li l-Inkwiżizzjoni Rumana ppreżentata f’Malta kienet inqas brutali. Tajjeb li dan ikun iċċarat għal dejjem; l-inkwiżizzjoni Maltija ma kinitx ħarxa bħal dik ta’ Spanja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com