Il-preċett u l-griżma – Tradizzjoni jew twemmin?
Bħal dan iż-żmien, f’diversi parroċċi qegħdin isiru il-preċetti, fejn tfal ta’ madwar seba’ snin jirċievu l-ewwel tqarbina. Għal ħabta t’Ottubru Novembru, tfal ta’ madwar tnax-il sena jirċievu il-Griżma tal-Isqof.
Sabiex jirċievu dawn is-sagramenti, it-tfal huma ikunu obbligati jattendu id-duttrina. Għal dawn l-okkażjonijiet isiru ħafna preparamenti minn naħa tal-ġenituri. Naħsbu għal libsa u forsi xi festin
Imma għalfejn it-tfal tagħna jagħmlu il-preċett u l-griżma ? Għalfejn inħeġġuhom biex jibqgħu jattendu id-duttrina? Għax veru nemmnu fis-sagramenti li qed jirċievu? Għax nixtiequhom jimxu fuq it-tagħlim nisrani? Jew għax hekk hija it-tradizzjoni? Forsi għax it-tfal tal-klassi kollha se jagħmlu l-preċett?
Qatt staqsejna lit-tfal xi jridu? It-tfal inħeġġuhom jibqgħu jattend id-duttrina, imma qatt staqsejnihom jekk jemmnux f’dak illi qed jagħmlu?
Kif tkun ir-reazzjoni tiegħek jekk ibnek/ bintek jgħidulek “ Jien ma rridx immur aktar duttrina. Ma rridx nagħmel griżma “ ?
Tħallihom liberi li jiddeċiedu jew trid timponi it-twemmin tiegħek fuqhom?
U wara l-preċett, tibqa’ teħodhom il-quddies? Jew issa l-għan li nkunu libbisnihom sabiħ ikun intlaħaq?
U bilħaqq , x’taħseb jekk it-tfal ikunu imħeġġa/ ordnati jilbsu kollha l-istess għal preċett jew il-griżma?