Il-Valletta Waterfront jinbidel f’festa tal-futbol…inti se tmur?

 Il-Valletta Waterfront jinbidel f’festa tal-futbol…inti se tmur?

Hekk kif il-logħob tal-EURO 2024 għaddejjin ġmielhom, probabbilment qed taħseb f’postijiet differenti fejn tista’ tmur tara l-logħba li jmiss ma’ sħabek jew mal-familja tiegħek. Kont taf li l-Valletta Waterfront inbidlet f’festa ta’ futbol?

Sal-Ħadd 14 ta’ Lulju, dawk kollha li jmorru jieklu jew jippassiġġaw il-Valletta Waterfront se jkunu jistgħu jsegwu l-logħob tal-EURO 2024 fuq skrin kbir li ttella’ fil-qalba tal-promenade. Dan filwaqt li jgawdu minn veduti panoramiċi tal-Port il-Kbir u t-Tliet Ibliet, u xi pinta birra, tazza inbid, ikla tajba, ġelat frisk jew xi Frappuccino®.

Apparti l-logħob inniffsu, dan l-avveniment jinkludi wkoll diversi attivitajiet oħrajn għall-familja kollha bħal logħob tar-realtà virtwali għal bżiezaq tas-sapun, arti bir-ramel u krafts minn materjal riċiklat. Żgur se ssibu xi ħaġa li tgħodd għal kulħadd. Se tkun tista’ tagħmel ukoll hand jew face painting b’tema sportiva jew bil-kuluri tat-tim favorit tiegħek – u dan mhux limitat għat-tfal biss!

Il-vantaġġ ta’ dan kollu huwa li dawn l-attivitajiet huma kollha mingħajr ħlas, grazzi għar-ristoranti tal-Valletta Waterfront kif ukoll għall-Valletta Cruise Port.

Il-Valletta Waterfront joffri veduti mill-isbaħ tal-baħar fl-isfond tal-arkitettura Barokka, flimkien ma’ storja rikka u għażla ta’ ristoranti bi speċjalitajiet kulinarji differenti f’atmosfera rilassata u divertiment uniku. Intant, joffri aċċessibbiltà faċli għall-pushchairs u s-siġġijiet tar-roti, kif ukoll faċilitajiet ta’ parkeġġ.

Aktar informazzjoni dwar l-avveniment tista’ ssibha minn hawn: www.vallettawaterfront.com/kickoff jew inkella segwi li-paġni ta’ Instagram u Facebook ta’ Valletta Waterfront biex tibqa’ aġġornat bl-aħħar aħbarijiet u avvenimenti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com