Inħraqt bix-xemx? Ara x’tista’ tagħmel
Wasal iż-żmien li nibdew immorru l-baħar aktar ta’ spiss, u nbatu l-konsegwenzi jekk ma napplikawx sew il-krema solari. Jekk għal xi raġuni jew oħra, mort lura d-dar qisek lobster, hawn taħt se ngħidulkom ftit x’tistgħu tagħmlu sabiex tħossukom ftit aħjar.
- Ibda billi tnaqqas it-temperatura tal-ġisem. Uża xi face cloth imxarrba b’ilma kiesaħ u imsaħ il-partijiet fejn ħarqitek ix-xemx bil-mod.
- Wara li tinħasel, applika krema apposta bħal xi After Sun jew inkella krema abbażi ta’ Aloe Vera.
- Ixrob ħafna ilma sabiex iżomm lil ġismek idratat.
- Ilbes ħwejjeġ ħfief u li ma joqgħodux inkaxxati miegħek.
- Evita li terġa’ toqgħod fix-xemx.
Hemm ukoll affarijiet li m’għandekx tagħmel.
- Tużax silġ direttament fuq il-ġilda għax jista’ jikkawża aktar dannu.
- Toqgħodx tilgħab mal-ġilda, tqaxxarha jew tifqa’ l-bżieżaq tal-ilma.
- Evita li tuża’ xi krema li fiha żejt mhux raffinat (petroleum), bħall-vaselina, jew inkella li fih il-benzocaine.
- Tużax prodotti bħal scrubs meta l-ġilda tkun għadha tidher irritata.