Isma’ lil Nathan Crowley jaqsam l-esperjenza tiegħu dwar il-bini ta’ settijiet għall-films bħal The Dark Knight

 Isma’ lil Nathan Crowley jaqsam l-esperjenza tiegħu dwar il-bini ta’ settijiet għall-films bħal The Dark Knight

L-ewwel minn sensiela ta’ Masterclasses bħala parti mill-Mediterrane Film Festival ta’ din is-sena, ser issir nhar il-Ħadd 23 ta’ Ġunju fil-ħdax u nofs ta’ filgħodu (11:30am).

F’siegħa u nofs, ser nidħlu fid-dinja tal-films, mil-lenti tad-disinjatur tal-produzzjoni Nathan Crowley. Waqt din is-sessjoni, Crowley illi ħadem anki f’kollaborazzjoni mad-direttur famuż Christopher Nolan, ser jitkellem dwar ix-xogħol li jagħmel. Fost it-temi illi ser jagħmel referenza għalihom Crowley, jinkludu l-filosofija ta’ kif tiddisinja u x’jispira disinjatur biex imur għal tip ta’ sett skont il-film.

Crowley ser jagħti tagħrif dwar kif tinbena l-identità individwali ta’ kull film. Kull parti hija importanti sabiex il-camera u d-direttur ikollhom l-aħjar sett bil-għan li l-udjenza li tkun qed tara l-film tkun tista’ tgawdi l-istorja wara kull film. Aktar minn hekk, id-disinn tas-sett hu importanti sabiex il-film iħalli impatt fuq l-udjenza, u tibqa’ tiftakar il-biċċa xogħol ta’ arti li tkun segwiet.

Il-ġurnalist u kritiku tal-films ibbażat f’ Londra James Mottram ser jkun il-moderatur tal-masterclass li ser issir fl-Armerija l-Qadima, fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta. Kull min huwa interessat jista’ jirreġistra għal din il-Masterclass billi jidħol fuq mediterrane.com/register

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com