‘It’s Coming Home!’ Imma ġieli rebħu l-Euro l-Ingliżi?

 ‘It’s Coming Home!’ Imma ġieli rebħu l-Euro l-Ingliżi?

Jekk int segwaċi tal-logħob tal-futbol, speċjalment dawk internazzjonali, żgur smajtu bil-frażi ‘It’s Coming Home’. Din il-frażi ġejja mill-innu ‘Three Lions’, waħda minn numru ta’ kant li jkantaw b’ passjoni is-sapporters tal-Ingliżi mill-ewwel sal-aħħar minuta ta’ kull logħba biex iħeġġu t-tim favorit tagħhom.

 

Imma l-Ingliżi qatt ħaduha d-dar it-tazza tal-Euro?

 

Allavolja l-Ingliżi dejjem kienu kkunsidrati bħala wieħed mit-timijiet favoriti li jirbħu l-kompetizzjoni, qatt ma rnexxielhom jirbħu t-tazza tal-Euro!

 

L-eqreb li qatt ġew l-Ingliżi biex jirbħu l-Euro kienet fl-2021, fejn lagħbu kontra t-Taljani u tilfu bil-penalties. Għalkemm din il-finali intlagħbet fil-grawnd ta’  Wembley, li jinstab f’ Londra it-tazza xorta ma rnexxilhiex tibqa’ hemm.

 

Imma allura minn fejn oriġina l-innu ta ‘Three Lions’ ?

 

L-innu ġie miktub mill-kummidjanti Frank Skinner u David Baddiel qabel il-Euro fl-1996 li inżammet fl-Ingilterra. Dan kien jikkommemora ir-rebħa tal-World Cup tal-Ingliżi tal-1966 kontra l-Ġermanja tal-Punent. Dan l-innu għadu jinstema f’kull logħba tal-Ingliżi sa din il-ġurnata għax ifakkar dak il-mument tant glorjuż u jagħti tama lill-Ingliżi li għad jerġgħu jiċċelebraw rebħa ta’ tazza oħra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com