Jagħmlu tant ġid u ma nafux bihom!
Il-professjonijiet soċjali għandhom rwol kruċjali fit-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-individwi u l-komunitajiet, u ħafna drabi jaħdmu wara l-kwinti biex joħolqu impatt pożittiv. Filwaqt li ħafna nies huma familjari mal-ħaddiema soċjali, bosta professjonijiet oħra jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għal benefiċċju tas-soċjetà iżda għadhom relattivament mhux magħrufa. Billi nitfgħu dawl fuq dawn ir-rwoli essenzjali, nistgħu napprezzaw aħjar l-isforzi komprensivi involuti fil-promozzjoni tal-benessri soċjali.
- Community Development Worker – Ħaddiema għall-Iżvilupp tal-Komunità jikkollaboraw mar-residenti lokali biex jidentifikaw u jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-komunità, irawmu l-emanċipazzjoni u t-tkabbir sostenibbli. Ix-xogħol huwa parzjalment ibbażat fuq proġetti u inizjattivi iżda l-aktar fuq il-konessjonijiet u r-relazzjonijiet li jibnu bejn aġenziji interessati, residenti u mexxejja tal-komunità. Dawn jinsabu f’servizzi soċjali.
- Community Mentor – Il-Mentoring hija partnership fejn taħdem fuq it-tisħiħ tal-motivazzjoni tal-klijenti u l-impenn għall-bidla. Ix-xogħol huwa ggwidat mit-tamiet u l-valuri tal-individwu. Jappoġġjaw in-nies biex jagħmlu il-bidliet meħtieġa biex jindirizzaw l-isfidi li jistgħu jkunu qed jiffaċċjaw. L-oqsma speċjalizzati huma l-impjieg u t-tħejjija għall-impjieg, l-edukazzjoni tul il-ħajja, l-akkomodazzjoni u l-istabbiltà tad-dar, il-litteriżmu finanzjarju, u t-tisħiħ tal-ġenituri. Dawn jinsabu f’servizzi soċjali.
- Youth Worker – Youth Workers jimpenjaw ruħhom maż-żgħażagħ permezz ta’ programmi u attivitajiet li jippromwovu l-iżvilupp personali u soċjali. Huma għandhom rwol kritiku biex jiggwidaw liż-żgħażagħ permezz ta’ sfidi u jgħinuhom jibnu ħiliet ta’ valur għall-ħajja. Dawn jinsabu fi skejjel, gruppi taż-żgħażagħ, barra fit-toroq, u spazji oħra fejn issib iż-żgħażagħ.
- Prevention Executive – Eżekuttiv tal-Prevenzjoni jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji biex jipprevjenu kwistjonijiet soċjali bħall-abbuż minn sustanzi, vizzji teknoloġiku, vizzju tal-logħob tal-azzard, fost oħrajn. Dawn jiffaċilitaw programmi u sessjonijiet interattivi sabiex jedukaw il-komunità, tfal u kbar, fuq vizzji differenti, u coping mechanisms.
- Community Social Worker – Il-Ħaddiema Soċjali tal-Komunità jindirizzaw kwistjonijiet soċjali usa’ billi jaħdmu direttament fi ħdan il-komunitajiet biex jipprovdu riżorsi u appoġġ. Jgħinu biex jibnu relazzjoni bejn l-individwi u s-servizzi essenzjali, u jagħmlu impatt sostanzjali fuq is-saħħa u l-koeżjoni tal-komunità. Importanti wieħed jinnota li hemm tipi ta’ social workers differenti, u f’dan il-każ l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom hija l-komunità.
Dawn huma biss minn ħafna professionijiet li jaħdmu fil-qasam soċjali lokali. Importanti li nkunu nafu x’servizzi b’xejn joffru għal benefiċċju tal-komunitajiet li ngħixu fihom.