Jekk tagħmel dawn is-6 affarijiet, moħħok jixjieħ qabel iż-żmien
Aktar kemm nikbru fl-età, moħħna jinbidel magħna u tibda ssir aktar diffiċli niftakru ċertu dettalji jew nitgħallmu affarijiet ġodda. Madanakollu, jekk ikollna nintegraw xi affarijiet importanti fir-rutina tagħna ta’ kuljum, inkunu nistgħu nsaħħu l-moħħ tagħna u nirrallentaw it-tixjieħ tal-moħħ.
X’inhuma l-iżbalji li nagħmlu ta’ kuljum li ma jgħinux is-saħħa tal-moħħ?
- Nuqqas ta’ interrazzjoni soċjali – li nkunu soċjali kemm jekk onlajn kif ukoll wiċċ imb’wiċċ, huwa kruċjali. Meta wieħed jissoċjalizza, il-moħħ jifforma konnessjonijiet ġodda u wieħed iħossu aħjar. Dan jipprevjeni d-dimensja.
- Attivitajiet repetittivi – meta nżommu moħħna attiv billi nitgħallmu affarijiet ġodda nkunu qed ngħinu lil moħħna jibqa’ b’saħħtu. Għalhekk huwa importanti li ma nidħlux f’rutina identika ta’ kuljum li ma tħallix ċans sabiex inżommu moħħna attiv. Attivitajiet li tista’ tagħmel huwa titgħallem xi lingwa jew xi strument.
- Ninjoraw l-istress kroniku – meta ma nindirizzawx l-istress, nagħmlu dannu lis-saħħa tal-moħħ. Huwa importanti li nitgħallmu naffaċċjaw u nnaqqsu l-istress permezz ta’ eżerċizzji bħal mindfulness, nifsijiet fil-fond u attivitajiet bħal sawna u eżerċizzju biex inżommu lilna nfusna rilassati u jirnexxielna norqdu aħjar.
- Nieklu wisq fast food – meta tiekol ħafna fast food tista’ tagħmel dannu wkoll għas-saħħa tal-moħħ. Minflok ipprijoritizza dietà li tinkorpora ikel b’aċidi grassi tal-Omega-3 bħal ħaxix, ħut, żejt taż-żebbuġa u ġewż.
- Kwalità baxxa tal-irqad – kemm il-kwalità kif ukoll il-kwantità tal-irqad huma importanti. Meta wieħed ma jorqodx kif suppost, ikun qed jiddisturba l-proċess tal-memorja u jżid ir-riskju tad-dimensja. Ipprova żomm il-ħin tal-irqad tiegħek konsistenti, illimita l-akoħol u żomm is-sodda għall-irqad biss.
- Nuqqas ta’ attività fiżika – l-eżerċizzju b’mod regolari jagħti spinta lis-saħħa tal-moħħ billi jżid it-tkabbir tal-ormoni. Wieħed għandu jinkorpora attivitajiet fiżiċi fil-ħajja ta’ kuljum bħal xi mixja jew hike.