Juġgħak spiss daharek?
Spiss nisimgħu b’nies li jkollhom daharhom juġagħhom. Hija komuni. Din tista’ tkun ġejja minn bosta fatturi.
Issa li qegħdin fis-sajf tista’ tgħid, raġuni primarja dejjem tkun l-użu eċċessiv tal-arja ikkondizzjonata. L-AC jixroblok l-ilma ta’ ġo fik u tal-arja tal-madwar fil-kamra. Spjegajna diġà f’artiklu preċedenti biex nagħmlu mqar kontenitur bl-ilma biex ikollu x’jiġbed.
Fattur ieħor af ikun ħin twil bilqiegħda mingħajr ma tiċċaqlaq, fejn bla ma trid, tgħawweġ daħarek u spalltek ‘il quddiem quddiem xi laptop. Huwa wisq importanti li nagħmlu eżerċizzju fiżiku, li wkoll neqsin ħafna minnu bħala poplu. Nisimgħu kemm nisimgħu, sfortunatament nitqiesu xi ftit bħala poplu għażżien, jew inkella li nibdew nagħmlu xi ħaġa meta jolqotna xi ħaġa ħażina.
Huwa wkoll importanti li noqogħdu attenti fit-tqandil ta’ xi oġġetti tqal anke jekk dak il-ħin ma nħossu xejn. L-uġiegħ jaf jiġi wara. Il-pożizzjoni ta’ ġismek trid tkun f’linja vertikali mal-azzjoni li tagħmel.
Jekk xejn minn dawn, kellem tabib. Ħu ħsieb saħħtek.