Kemm-il miljun se jitqassam lit-timijiet rebbieħa tal-EURO 2024?

 Kemm-il miljun se jitqassam lit-timijiet rebbieħa tal-EURO 2024?

Il-futbol huwa sport li jġib miegħu premji finanzjarji kbar ħafna, partikolarment meta jidħlu kampjonati bħal dak tal-EURO 2024. Infatti f’din l-edizzjoni tal-EUFA EURO 2024, se jkunu qed jitqassmu mat-€331 miljun fi premjijiet lit-timijiet rebbieħa.

Dawn il-flus u l-premji qed jitqassmu b’dan il-mod:

  • Ħlas għall-parteċipazzjoni: €9.25 miljuni
  • Bonus tar-riżultati tal-logħob: Miljun Ewro għal rebħa u €500,000 meta jiġu draw
  • Jekk tim jikkwalifika fl-ewwel 16: €1.5 miljun
  • Jekk tim jikkwalifika għall-quarter-finals: €2.5 miljuni
  • Jekk tim jikkwalifika għas-semi-finali: €4 miljuni
  • It-tim li jiġi fit-tieni post jieħu pagament addizzjonali ta’ €5 miljuni
  • It-tim li jirbaħ il-kampjonat jirċievi pagament addizzjonali ta’ €8 miljuni

Dan ifisser li t-tim rebbieħ jista’ jikkonkwista total ta’ €28.5 miljuni jekk jirnexxielu jirbaħ it-tliet logħbiet tal-grupp. 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com