Kemm taf mill-vantaġġi tat-tumble?

 Kemm taf mill-vantaġġi tat-tumble?

Fl-imgħoddi, it-tnixxif tal-ħwejjeġ kien isir dejjem fuq barra. Min kellu l-bejt, min is-setaħ u min kien inixxef fuq il-ħbula fil-bitħa jew fil-gallerija. Min ma kellux dan l-ispazju, kien jara fejn idendel ftit ħbula fuq barra, imqar minn xi tieqa għal barra.

Illum, l-inxir fuq barra qiegħed jonqos. Hemm diversi raġunijiet għal dan.

L-iktar waħda ovvja hija li ħafna sidien ta’ appartament ma jkollhomx aċċess sabiex jonxru fuq il-bejt. Fejn dak li qabel kien ikun il-bejt tas-sidien kollha tal-appartamenti, illum saret tinbena penthouse, u l-ispazju li qabel kien ikun riservat għall-inxir, issa sar spazju sabiex is-sid tal-penthouse ikun jista’ jgawdi xi barbikju fit-terazzin, imdawwar b’xi pool u ftit pjanti

Raġuni oħra komuni għaliex l-inxir fuq barra naqas huwa in-nuqqas ta’ ħin li sar għandna. Qabel, ħafna nisa kienu jaħdmu (u jaħdmu ħafna) fid-dar stess. Allura kellhom aktar ħin sabiex inixxfu l-ħwejjeġ, illi hawn min joqgħod anki idawwarhom sabiex jinxfu minn kull naħa. Apparti minn hekk, ħafna nisa kienu jkunu id-dar, b’possibilita li jaqilgħu il-ħwejjeġ aktar malajr f’każ li tqattar ix-xita

Ovvjament għal kull problema (jew kważi) hawn soluzzjoni. Illum ħafna saru jixtru tumble dryer sabiex tiffaċilita din il-faċenda. Tumble dryer fiha ammont ta’ vantaġġi, kif ukoll xi żvantaġġi

Vantaġġi

· M’hemmx bżonn tara rapport tat-temp biex taħsel il-ħwejjeġ

· Tista’ tintuża b’mod effettiv f’kull ħin tal-ġurnata

· Tieħu anqas ħin biex titfa’ ħwejjeġ fit-tumble milli biex tonxor

· M’hemmx bżonn ħafna spazju

· Il-ħwejjeġ ma jkollhomx marki tal-labar

· Il-ħwejjeġ ma jieħdux ir-riħa ta’ barra (eżempju ta’ xi ħruq li jkun hemm fil-viċinanzi)

· Bis-sħana ta’ tumble dryer, jinqatlu xi mikrobi minn fuq il-ħwejjeġ

Żvantaġġi

· Il-ħwjjeġ jitkemmxu aktar

· Tumble dryer taħli d-dawl, filwaqt illi t-tnixxif barra huwa b’xejn

Int x’tippreferi tuża? Tumble jew il-bejt ? Għaliex?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com