Kemm tgħaddi ħin ma’ uliedek?

 Kemm tgħaddi ħin ma’ uliedek?

IL-ħajja saret mgħaġġla ħafna. Ħafna drabi l-ġenituri it-tnejn jaħdmu. Jiġu mix-xogħol u jkun baqa’ ammont ta’ xogħol xi jsir bħal tindif, tisjir u preparamenti għall-ġurnata ta’ wara. Kif ilestu, ikun wasal ħin il-mistrieħ. Probabbli il-ħin tal-mistrieħ insibuh billi nintefgħu nilagħbu bil-mowbajl u nqalbu l-internet? U allura f’x’ħin ikun il-ħin li ngħaddu mat-tfal?

It-tfal jikbru malajr u allura huwa tajjeb illi ingawdu il-preżenza tagħhom kemm nistgħu. Mhux biss li nkunu preżenti, imma ukoll irridu noffrulhom ħin ta’ kwalità

Qatt staqsejt lilek innifsek kemm qed jirnexxielek tqatta’ ħin tilgħab jew titkellem mat-tfal tiegħek? IL-ħin ta’ kwalità tajba li nqattgħu mat-tfal għandu effett pożittiv fuq l-iżvilupp tagħhom. Sabiex ikun veru ħin ta’ kwalità, tajjeb illi nneħħu minn idejna affarijiet illi jistgħu jisfrattaw dan il-ħin, speċjalment il-mowbajl

Suġġerimenenti żgħar illi jistgħu jagħmlu differenza kbira fil-kwalita ta’ ħin li ngħaddu m’uliedna

1. Sib ħin kuljum. Offri lit-tfal illi jagħżlu huma xi jridu jagħmlu, eżempju taqraw ktieb li jogħġob lit-tfal
2. Għidilhom li tħobbhom, jekk jista’ jkun kuljum. Urihom li għalik ifissru xi ħaġa speċjali
3. Urihom illi tapprezza, anki jekk għamlu xi ħaġa tajba
4. Jekk il-ħajja daqshekk mgħaġġla, għidilhom jgħinuk issajjar. Mhux biss tkunu flimkien, imma jkunu qed joħolqu u jitgħallmu xi ħaġa
5. Ilgħab magħhom
6. Tiddejjaqx tinżel għal-livell tagħhom
7. Jekk se taraw it-televiżjoni, ippruvaw araw flimkien, mhux kulħadd għal rasu

X’tagħmel inti sabiex tqatta’ ħin ta’ kwalità m’uliedek?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com