Kienet instabet itterter bil-ksieħ fil-bajja tan-Nadur … Stejjer li anqas jitwemmnu.
Bħal-lum 5 ta’ Ġunju tal-1947, Renate Lesser ta’ 29 sena minn Cassino fl-Italja, kienet instabet itterter bil-ksieħ fil-bajja tan-Nadur f’Għawdex.
Lesser, miżżewġa Amerikan, kienet qalet lill-pulizija li kienet ġiet minn Tripli fuq vapur Taljan. Il-Kaptan kien qalilha li minn Malta setgħet tikseb passaport u titlaq biex tingħaqad ma’ żewġha fl-Istati Uniti.
Povra li hi, kienet ħallset 250,000 lira Taljana u kowt tal-fur sabiħ lill-Kaptan biex niżżilha fil-Bajja tar-Ramla l-Ħamra.
Kien daħaq biha waħda sew.
Kos hux, kif dejjem ġraw dawn l-episodji li bniedem jidħaq bi bniedem ieħor bħalu ?! … basta għall-flus.