Kif tħossok meta ma tagħmilx dak li jgħidulek?!

 Kif tħossok meta ma tagħmilx dak li jgħidulek?!

Ħafna huma dawk in-nies li jew tagħmel li jgħidulek inkella jdendluh, iwarbuk, jgħidu fuqek u finalment, jumbrawk. Imma dan sewwa?

Sewwa jew le affariehom. Ħajtek hija tiegħek. Ma tistax tagħmel dejjem dak li jrid ħaddieħor minnek. Trid tkun kapaċi tkun int il-kaptan tiegħek innifsek.

Jerġa u tgħid, għal dawn in-nies, ‘kemm hu ħelu dak jew kemm hi orrajt dik!” għax ikunu aġevolaw ix-xewqat tagħhom. Din narawha tiġri ħafna fil-qasam politiku imma mhux biss.

Allura jekk ikun politiku iżjed tal-punt u ma jaċċettax li trid inti u ma jkunx jista’ jaqdik, dak ma jkunx ħelu u ok? Fuqhiex nibbażaw il-kriterja ta’ kif persuna taqa’ taħt faxxa jew oħra?

Dawn huma suġġetti li qajla niddiskutu imma li huma bżonnjużi ħafna għaliex jaffettwaw kemm il-benesseru tal-individwu li jkun żamm mal-prinċipju u anke fit-tkabbir u t-tisħiħ tal-integrità tagħna bħala poplu.

Irridu nitgħallmu ngħarfu li persuna abbli qaltilna le għax hekk hu xieraq mhux għax supperv. Nitgħallmu wkoll nagħrfu l-limiti ta’ dak li jkun.

Ma nistgħux nippretendu kollox kif irridu aħna.

Mill-banda l-oħra, inti tiddejjaqx tgħidx le, la għall-ġid.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com