Kif tirreaġixxi meta xi ħadd jiksrek quddiem in-nies?

 Kif tirreaġixxi meta xi ħadd jiksrek quddiem in-nies?

Skomda hux? Imma tiġri u tista’ tgħid, li xi darba jew oħra ġrat lil kulħadd. Dawn ikunu sitwazzjonijiet antipatki li ħadd ma jkun jixtieqhom u wisq aktar, jieħu gost bihom.

Persuna tista’ tgħaddilek messaġġ, botta jew anke xi ħaġa veritiera fuqek quddiem in-nies, li lilek iġġibek f’mument skomdu mmens.

Imma kif għandek tirreaġixxi?

Jekk tkun, kif jgħid il-Malti ‘avukat’ u taf twieġeb lura, hija l-aqwa ħaġa biex ma tħallix lil xi ħadd ibaxxik.

Mill-banda l-oħra, taf kemm taf, kapaċi tinħasad dak il-ħin u forsi tibda tistħi. Huwa normali li dak li jkun jaqa’ ftit fis-silenzju. Jew titlaq minn fejn tkun jew tibqa’ kalm u tħalli l-ħin jgħaddi u tkun diplomatiku.

Jekk titlaq, taf tidher li int supperv. Dawn mumenti strambi li ma tantx hemm x’tagħmel dwarhom, ħlief li forsi ssib il-persuna wara u tispjegalha li dak ma kienx il-mument.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com