Kif tistenna li jilqgħuk meta tmur f’ post tax-xogħol ġdid?

 Kif tistenna li jilqgħuk meta tmur f’ post tax-xogħol ġdid?

Il- biża’ ta’ kull persuna meta jmur f’ post tax-xogħol ġdid huwa jekk hux se jidra’ Il-biża’ tkompli jekk hux se tkun milqugħ mill-kollegi l-ġodda jew hux se tkun effiċjenti fix-xogħol il-ġdid

Meta kollega ġdid/a tiġi taħdem magħna irridu ngħinu sabiex dak li jkun jista’ malajr u jħossu komdu jaħdem fl-ambjent il-ġdid

Dejjem għandna nżommu f’ moħħna dawn l-affarjiet:

  • Ħadd ma kien espert mill-ewwel ġurnata. Irridu nagħtu ċans lil dak li jkun jitgħallem. Nikkoreġu mingħajr għajjat u suppervja, u bla ma nċekknu lil dak li jkun
  • Għin lill kollega l-ġdid jitgħallem il-ġerarkija tal-kumpanija. Għinu biex ma jagħmilx xi żball u ma jindirizzax lil xi CEO b’mod ħażin
  • Introduċih mal-kollegi l-oħra
  • Għenu jambjenta ruħu mal-binja
  • Faħħru meta jagħmel xi ħaġa tajba
  • Min hu ġdid ma jafx proċeduri sempliċi. Tajjeb illi nispjegaw affarijiet bażiċi bħal kif japplika għal leave jew fejn irid iċempel meta jkun marid
  • Ħadd ma jista’ jaħdem mingħajr l-għodda neċessarja. Jekk biex jaħdem għandu bżonn xi aċċessi għal programmi ta’ kompjuter, tajjeb li ntuh aċċess mill-aktar fis, sabiex ikun jista’ jipprattika dak li jkun qed jitgħallem
  • Jekk se nitkellmu, nippruvaw ninvolvuh. Jekk bniedem jiġi njorat f’ kull diskussjoni, iħossu mhux parti mit-tim

Tiftakar meta mort f’ post tax-xogħol ġdid? Kif għenuk il-kollegi ? X ‘ dejqek?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com