Kif tqabbel l-ewwel mowbajl li kellek mal-ismart phone li għandek illum?
Tiftakar l-ewwel mowbajl li kellek? Le, mhux int li għadek żagħżugħ u probbabli tibdel il-mowbajl kul sitt xhur. Imma int li tiftakar il-mowbajls għadhom jibdew, lejn l-aħħar tas-snin disgħin. Probabbli kellek dak il-mowbajl li jekk twaqqgħu tispiċċa xxellef xi maduma, u li fuqu kont tilgħab sikwit il-logħba tas-serp.
Imma x’użu kellu dak il-mowbajl? Kien jintuża biex iċċempel, tibgħat xi messaġġ u tilgħab xi logħba sempliċi. U forsi tużah bħala alarm. Bilħaqq, biex tibgħat messaġġ ma kienx faċli, għax kien ikollok tagħfas il-buttuna aktar minn darba biex tasal għal-ittra li trid. Immaġina trid tifforma sentenza
Illum it-teknoloġija avvanzat sew u bil-mowbajl tista’ tagħmel diversi affarijiet. Tista’ tużah biex taċċessa l-internet, speċjalment il-midja soċjali, u ovvjament tista’tara x’inhu jiġri madwarek il-ħin kollu
Grazzi għal mowbajl illum la għandek bżonn iġġorr flus fuqek u lanqas toqgħod fil-kju, għax bil-mowbajl tista’ tħallas online jew f’xi ħanut. Vantaġġ ieħor tal-mowbajl modern illi jista’ jintuża bħala GPS, u tevita milli tintilef spċjalment barra minn Malta
Il-mowbajl modern bidel ukol drawwiet dwar kif konna nordnaw xi servizzi bħal vaganzi, take away jew taxi. Grazzi għal apps li nsibu, kemm nordnaw, ntellgħu location, u li rridu jkun wara l-bieb.
Il-mowbajl jgħina ukoll sabiex naċċessaw, nattivaw jew nitfu sistemi ta’ sigurta li jkollna nstallati d-dar. Nitfu-nixgħelu alarm, naraw il-cameras, jew niftħu l-bieb tad-dar. Grazzi għal mowbajl, illum lanqas għandna bżonn inġorru magna tar-ritratti, għax bit-teknoloġija li fihom il-mowbajls moderni, għandna kamera ta’ l-aqwa kwalita il-ħin kollu f’idejna. Apparti s-selfies, nistgħu nużawha għal bżonn, eżempju bħala evidenza ta’ xi inċident
IL-vantaġġi tal-mowbajl modern huma ħafna. L-importanti li nużawh b’għaqal u mhux insiru skjavi tiegħu