Kont taf li dawn iż-żewġ pajjiżi lagħbu l-ewwel u l-aħħar logħba tal-Euro 2004?
It-tazza Ewropeja tas-sena 2004 intlagħbet fil-Portugal. Il-Portugal kien wieħed mit-timijiet favoriti illi jirbaħ din i-tazza għal ewwel darba. U kellhom biex ikunu ottimisti għax kellhom skwadra b’saħħitha li kienet tinkludi l-istilla żagħżugħ Cristiano Ronaldo, li dak i-żmien kellu biss dsatax-il sena.
Bħala pajjiż ospitu, il-Portugal fetħu dan it-turnew, u l-ewwel partita tagħhom kienet kontra il-Greċja, tim mhux daqshekk b’saħħtu. Ma’ dan kollu il- Griegi rebħu din il-partita bl-iskor ta’ 2-1. Din kienet l-unika partita li l-Greċja rebħu fil-grupp, hekk kif ġew dro f’oħra u tilfu l-aħħar partita. Minn naħa l-oħra il-Portugal irkupraw tajjeb u rebħu ż-żewġ partiti ta’ wara sabiex irnexxielhom jirbħu l-grupp, b’żewġ punti vantaġġ fuq l-istess Greċja.
Il- Portugal u l-Greċja baqgħu għaddejin u rebħu il-kwarti u s-semi finali rispettivi tagħhom , sabiex wara li kienu iltaqgħu fil-ftuħ tat-turnew, reġgħu iltaqgħu fl-4 ta’ Lulju sabiex jikkontestaw il-finali. Biex waslu sal-finali, il-Portugal kienu xejjnu i-qawwa Ingliża u dik Olandiża. Minn naħa tal-Griegi, kienu rebħu kontra Franza u Reppublika Ċeka.
U waslet il-finali. Ħafna ħasbu li r-rebħa Portugiża kontra l-Greċja kienet xi ħaġa ta’ darba. Imma l-Griegi kellhom ħsibijiet oħra, u fil-finali rebħu bl-iskor ta’ wieħed b’xejn.
Rebħa sorpriża li żgur illi ferrħet mhux biss lill-Griegi imma lil dawk li fettillhom jagħmlu xi mħatra illi il-Greċja kienet se tirbaħ.
Tajjeb li nsemmu ukoll illi l-aqwa player tat-turnew kien intagħżel il-Grieg Theodoros Zagorakis, li żgur ma kienx ikkunsidrat fost l-aqwa players li pparteċipaw.
Rebħa illi uriet illi il-qawwa ta’ skwadra tiġi ddeterminata bil-logħob fil-grawnd u mhux b’kemm għandek skwadra qawwija fuq il-karta.
CAPTION
Temmen illi din is-sena se jkun hemm xi tim sorpriża?