Kont taf li l-karti sofor u ħomor jistgħu jaffetwaw kwalifikazzjoni?
Il-logħob tal-Euro Cup ta’ din is-sena beda fl-erbatax ta’ Ġunju u se jintemm fl-erbatax ta’ Lulju, bil-finali li se tintlagħab f’Berlin. I-żmien ta’ meta ser tinlagħab din it-tazza ma jistax jittawwal għal ġurnata aktar minn hekk. Imma x’jiġri jekk ikun hemm diffikulta biex jiġi ddeterminat liema pajjiż ser jgħaddi għal fażi li jkun imiss?
Fil-fażi tan-knock out m’hemmx problemi. Tintlagħab logħba waħda u jekk jibqgħu indaqs, jilagħbu 30 minuta ħin barrani, u jingħataw il-penalties fl-aħħar(skont il-ħtieġa). Id-diffikulta toħroġ fil-fażi tal-gruppi meta jkollok 2 pajjiżi jew aktar li jġibu l-istess ammont ta’ punti u jkun hemm bżonn jinstab mod kif tiġi ddeterminata l-klassifika. Għal dan il-għan, il-Uefa ħarġet sett regoli li jridu jiġu segwiti f’dan il-każ.
1) Ovvjament l-ewwel regola tgħid illi l-klassifika tiġi ddeterminata minn l-ammont totali ta’ punti li jġibu l-iskwadri waqt it-tlett logħbiet tagħhom fil-grupp
2) F’każ li ammont ta’ timijiet iġibu l-istess ammont ta’ punti, jiġi meħud inkonsiderazzjoni l-ammont ta’ punti li jkunu ġabu fil-konfronti diretti
3) Jekk lanqas hawn ma jkollna indikazzjoni min kien dak it-tim rebbieħ, jiġi kkunsidrat id-differenza ta’ gowls skurjati fil-konfronti diretti bejn dawn l-iskwadri
4) Jekk għadu kollox l-istess, irridu naraw min ikun skurja l-aktar gowls dejjem bejn dawn it-timijiet
5) Jek għadna ma wasalniex, irridu naraw id-differenza ta’ gowls waqt il-partiti kollha, ovvjamnet tal-gruppi
6) L-ammont ta’ gowls skurjati fil-logħob kollu
7) Jekk żewġ timijiet li għandhom kollox indaqs jinzertaw qed jlagħbu l-aħħar partita bejniethom, u jiġu dro, imorru għal għoti tal-penalties. Imma din ma jgħoddx jekk ikun hemm aktar minn 2 timijiet
8) Jekk kollox għadu indaqs, ir-rebbieħ jiġi ddeterminat skont l-ammont ta’ karti sofor jew ħomor li jkollu. Ovvjament jirbaħ min ikollu l-inqas punti dixxiplinarji. Karta safra tiswa punt, waqt li ħamra tiswa 3 punti ( 2 sofor), u karta ħamra diretta tfisser 3 punti. Apparti jekk taqla safra, u qarajha karta ġamra diretta tiswik 4 punti
9) Għalkemm diffiċli naslu s’hawn, imma ħasbu għal kollox. F’dan il-każ, ir-rebbieħ jiġi ddeterminat mill-pajjiż illi jkun fl-għola pożizzjoni tar-ranking, sakemm ma jkunux involut il-Ġermanja (bħala pajjiż ospitu). F’dan il-każ, titla’ polza
Regoli li juruna kemm f’dan l-istadju kull gowl u karta safra/ ħamra jafu jkunu deċiżivi