Kont taf li sa qabel l-1970 partita setgħet tiġi deċiża billi jgħolli l-munita?

 Kont taf li sa qabel l-1970 partita setgħet tiġi deċiża billi jgħolli l-munita?

Sal-ġurnata ta’ llum għadna naraw lir-referee jgħolli l-munita waqt partita futbol. Dan jagħmilha sabiex jiġi deċiż liema tim se jibda l-partita jew liema naħa tim ser jibda jiddefendi. Narawh ukoll jagħmel din il-biċċa xogħol qabel jibdew jingħataw il-penalties wara xi partita tkun baqgħet f’ parita, ovvjament f’xi fażi ta’ knock out

Imma qabel ġew introdotti l-penalties fl-1970, partiti li kienu jibqgħu f’parita (kultant anki wara li jkunu reġgħu intlagħbu) xorta kien ikun irid jiġi deċiż rebbieħ. U din id-deċiżjoni kienet tiġi meħuda bil-munita. Il-kapitani kienu jagħżlu naħa tal-munita, ir-referee jixħetha fl-ajru, u skont fejn tinżel jintagħżel ir-rebbieħ

U taħsbux illi il-logħob li kien jiġi deċiż hekk kien minn xi kampjonat tad-dilettanti . Kien hemm diversi partiti importanti li kienu ġew deċiżi b’dan il-mod

Fl-1954, it-Turkija ikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja b’dan il-mod minn fuq Spanja, filwaqt illi għaxar snin wara Liverpool għaddew b’dan il-mod f’tazza Ewropja

Imma l-aktar waħda li baqgħet tissemma hija meta it-tim nazzjonali Taljan ikkwalifika għal finali tat-tazza Ewropeja (Euro Cup) tal-1968, grazzi għal din is-sistema. Il-polza ittellgħet fil-partita kontra l-Unjoni Sovjetika. Wara li t-Taljani għaddew għal finali, huma rnexxielhom jirbħu din it-tazza b’rebħa fuq il-Jugoslava

CAPTION
Kif tħossok jekk it-tim favorit tiegħek jirbaħ grazzi għal munita? U jekk jitlef?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com