Kontu tafu meta beda l-esperiment bil-ħin tas-Sajf f’Malta?
Iva smajtu sew. Il-ħin tas-Sajf ma kienx minn dejjem. Kien il-11 ta’ Ġunju tal-1972, meta fis-2.00am beda b’esperiment il-ħin tas-Sajf f’Malta.
Dan baqa’ sejjer sas-2.00am tal-Ħadd, 3 ta’ Settembru tal-1972.
L-esperiment kien intlaqa’ tajjeb mill-pubbliku. Wara beda jseħħ regolarment fl-istess żmien li l-ħin tas-Sajf ikun fis-seħħ fl-Ewropa.
Riċentament kien hemm qbil li jispiċċa t-tibdil bejn il-ħin tas-Sajf u dak tax-Xitwa imma kollox kellu jieqaf ħesrem milli jidħol fis-seħħ minħabba li faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19 u t-tibdil fil-ħin kien hemm bżonnu biex il-pajjiżi fid-dinja jirkupraw dak li tilfu.