Kurżitajiet fuq id-dulliegħ
- Id-dulliegħ huwa frotta, mill-familja Cucurbitaceae, l-istess bħall-qara’ ħamra.
- F’bosta kulturi, bħal Malta, id-dulliegħ huwa simbolu tas-sajf u l-festivitajiet. Fil-fatt, f’xi postijiet jeieħdu dulliegħa f’xi piknik jew attivitajiet soċjali.
- Aktarx li d-dulliegħ ġie mill-Afrika, fejn għad hemm varjetajiet fis-selvaġġ. Fl-oqbda tal-Farawni Eġizzjani nstabu żerriegħa ta’ din il-frotta.
- Hemm mal-1,200 varjetà ta’ dulliegħ madwar id-dinja. Jiġu f’qisien u kuluri differenti, li jinkludu ħomor, roża, oranġjo, sofor u anki bojod.
- Id-dulliegħ bla żerriegħa mhuwiex propjament bla żerriegħa, imma aħgndhom żerriegħa żgħira bajda u ratba li tittiekel bla xkliel.
- L-itqal dulliegħa kienet tiżen 159kg u tkabbret f’Tennessee, fl-2013.
- Ġieli bżaqt xi żerriegħa? Kun af li r-rekord dinji tal-ikbar distanza żerriegħa li nbeżqet huwa ta’ 22.91m u nkiser fl-1995.
- Jum id-Dulliegħ jaħbat fit-3 ta’ Awwissu.
- Id-dulliegħ tkabbar u ttiekel fl-ispazju! Din il-frotta kienet f’esperiment ta’ kultivazzjoni fl-Istazzjon Spazjali Internazzjonali; kabbruha fl-ispazju stess u anki kiluha.
- Il-Ġappun jeżisti dulliegħ forma ta’ kaxxa! Dawn mhumiex naturali għax il-bdiewa jpoġġuhom f’forma ta’ kaxxa huma u jikbru. Dawn huma forma ta’ tiżjin u jingħataw bħala rigal.
- F’xi kulturi, iż-żerriegħa tad-dulliegħ titnixxef u tinxtewa. Dan għaliex iż-żerriegħa għandha valur nutrittiv.
- Il-qoxra tad-dulliegħa u l-laħam tagħha jintużaw fl-arti. Dan il-frott spiss jitnaqqax, l-iktar fit-Tajlandja, fejn din l-arti hija popolari ħafna.