L-Elezzjoni għaddiet … min ma telax jibqa’ viċin in-nies?
Is-Sibt li għadda 8 ta’ Ġunju 2024 saru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Elezzjonijiet li jġibu magħhom kampanji twal kemm mill-partit u anke mill-individwi.
L-Elezzjonijiet ikunu kkaratterizzati minn turija ta’ kemm dawk li kellhom diġà rwol, ħadmu u kemm anke beħsiebhom jaħdmu iżjed ġaladarba jingħataw il-fiduċja tal-poplu. Dan iseħħ ukoll minn kandidati prospettivi.
Imma x’jiġri meta persuna ma titlax? Taqta’ qalbha? Tieħu għaliha? Twarrab minn kollox?
Dawn huma xenarji reali li jiġru. Ikun hemm verament min jieħu għalih li ma ġiex elett. Imma dik hija d-demokrazija.
Huwa importanti li dak jew dik li jkun/tkun, iżommu kelmthom. Elezzjoni oħra tasal … u n-nies issir tafek għaliex bil-kampanji tidħol fid-djar.
Minn qalbna nawguraw lil dawk kollha eletti u nħeġġuhom jaħdmu għall-ġid ta’ pajjiżna, kif ukoll nawguraw fortuna aħjar lil dawk li ma rnexxielhomx jagħmluha din id-darba. Kuraġġ għal li jmiss!