L-uniformi tiffrankali naħseb x’se nilbes
Meta konna għadna nattendu l-iskola, waħda mill-affarijiet li ma kienx ikollna għażla fuqha kienet dwar x’se nilbsu: Irridu jew ma rriddux kien ikollna nilbsu l-uniformi. Uħud kienu jaraw kif ibiddlu xi ftit mill-uniformi biex ma jidhrux bħala parti mill-oħrajn, eżempju jqassru xi ftit id-dublett. L-uniformi ma tibqax teżisti jekk nattendu xi skola post sekondarja, jew l-universita’
Imma uħud mill-postijiet tax-xogħol jerġgħu lura biex iwassluna nerġgħu nilbsu l-uniformi. Uħud minn nies jieħdu pjaċir b’din il=ħaġa għax fiha jaraw ħafna vantaġġi. Oħrajn igergru u jippreferu imorru għax xogħol lebsin kif jixtiequ huma.
Dawk li jgergru minħabba li jkollhom jilbsu uniformi, jargumentaw illi l-uniformi mhux komda, jew ma toqgħodx pulita fuqhom. Min hu kontra l-uniformi jaf isib kull skuża dwar il-kwalita ta’ uniformi: Tqabbad is-sħana, tqabbad il-ħakk, jew saħansitra allerġiku għad drapp tagħha. Dawn it-tip ta’ nies jargumentaw illi meta tiġi mġiegħel tilbes uniformi mhux komda, taf twassal sabiex tonqos il-produttivita tal-impjegat
Minn naħa l-oħra, diversi persuni isibu l-fatt li jingħataw uniformi tal-kumpoanija bħala xi ħaġa veru tajba. L-ewwel vantaġġ li jsemmu huwa li m’għandhomx għalfejn iħabblu moħħhom dwar x’se jilbsu. U billi uħud josservaw u jgħidu bik jekk tilbes spiss l-istess ħwejjeġ, uniformi tiffrankalek mill-flus ukoll, għax ma jkollokx għalfejn tonfoq flus żejda biex tixtri ħwejjeġ
F’uħud mix-xogħlijiet, uniformi hija tajba ukoll minħabba s-saħħa u s-sigurta fuq il-post tax-xogħol. Dan għaliex ċertu uniformijiet jinkludu ċertu karatteristiċi li ma ssibhomx fi ħwejjeġ normali
Uniformi tgħin ukoll sabiex it-tim ta’ impjegati jintegraw aħjar flimkien għaliex iħossu illi huma jiffurmaw parti minn xi ħaġa komuni
Inti x’vantaġġ tara mill-uniformi? Jew tippreferi tmur għax xogħol causal? U jekk tmur casual, issegwi d-dress code tal-kumpanija?