“Mara ta’ qalb tajba minn Birkirkara ħallsitilna l-ikel!”

 “Mara ta’ qalb tajba minn Birkirkara ħallsitilna l-ikel!”

Post fuq grupp fuq Facebook ħalliet tbissima fuq wiċċ diversi persuni, partikolarment il-koppja li tissemma’ fiha. Din il-koppja ltaqgħet ma’ mara f’restorant lokali u mingħajr l-ebda daqq bit-tnabar ħallsitilhom l-ikel qabel ma telqet.

Xi kultant, tant kemm naraw affarijiet koroh jiġru madwarna li nibdew niddubitaw jekk fadalx qlub tajba fid-dinja. Imbagħad niltaqgħu ma’ xi post tat-tip u ngħidu, mela forsi fadal persuni ta’ qalb tajba.

Post riċenti li ttellgħet fuq il-grupp Women for Women minn membru ta’ dan il-grupp spjegat kif koppja kienu qed jieklu f’restorant f’San Ġwann u hemm iltaqgħu ma’ mara għall-ewwel darba. Huma għamlu xi ħin jitkellmu magħha f’dan ir-restorant, qabel ma din waslilha l-ħin sabiex titlaq mingħajr ma qalet xejn lill-koppja. Intant, meta l-koppja marru biex iħallsu, qalulhom li l-kont kien diġà tħallas kollu.

Fil-post tagħha, il-membru tal-grupp Women for Women irringrazzjat lil din il-mara ta’ qalb tajba u qalet li tittama li din jirnexxielha tara din il-post. Sostniet li kienet sorpriża sabiħa u ma kinitx qed tistenna li xi ħadd se jagħmel dan il-ġest magħhom. Temmet il-post tagħha billi qalet: “Iva, għad hawn persuni twajba hemm barra.”

 

Caption: Ġieli ltaqjtu ma’ persuni għall-ewwel darba li għamlu xi ġest sabiħ magħkom tat-tip? Għidulna fil-kummenti!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com