Meta ngħidu “ bajd” mhux bilfors nirreferu għal tip wieħed.
Il-bajd! Ingredjent illi insibuh imniżżel f’ħafna riċetti, ovvjament dawk li mhumiex vegani. Tista’ tagħmlu b’diversi metodi differenti. Fost oħrajn tista’ taqlih, scrambled, mgħolli, kif ukoll jista’ jintuża imħabbat f’xi taħlita bħal xi kejk jew għal ma’ xi għaġin. L-użu tiegħu hu divers, apparti illi jipprovdina b’ħafna benefiċċji għas-saħħa.
Imma meta nitkellmu fuq bajd, ħafna drabi moħħna jmur mill-ewwel fuq il-bajd tat-tiġieġ. Ovvjament għax dan it-tip ta’ bajd hu l-aktar bajd komuni fit-tisjir tagħna. Imma apparti dawn kemm il-bajd tas-summien, kif ukoll tal-papi huma tajbin għall-ikel u fihom ukoll il-benefiċċji tagħhom
Il-bajd tat-tiġieġ jipprovdi bi proteini tajbin ħafna sabiex nibnu il-muskoli tagħna. Apparti dan, dan il-bajd fih vitamina B u Choline illi huma tajbin għal moħħna
Il-bajd tas-summien huwa mimli ħadid, filwaqt illi l-bajd tal-papri jipprovdilna ħames darbiet aktar vitamina A mill-bajd tat-tiġieġ, vitamina illi tajba għall-għajnejn. Madankolu, il-bajd tal-papri fih aktar xaħam
Nista’ nieklu nej?
Sakemm ma jkunx pasturizzat, bajd nej dejjem għadu jiġi evitat sabix nevitaw illi niġu kkontaminati bis-Salmonella
Fejn għandek iżżomm il-bajd?
Meta l-bajd jiġi maħsul u mnaddaf sabiex jinbiegħ, ikun tilef il-coating illi jiprotteġih b’mod naturali. Għaldaqstant, dan il-bajd għandu jitpoġġa fil-friġġ, u m’għandux jitħalla barra aktar minn siegħa qabel jintuża. Minn naħa l-oħra, bajda msajra m’għandiex titħalla barra aktar minn sagħtejn qabel tittiekel
Fatti oħra
· Il-kulur tal-bajda jiġi ddeterminat mir-razza tat-tiġieġa
· Kemm il-kulur tal-bajda u kemm tal-isfar jista’ jvarja, imma m’għandux effett fuq it-togħma
· L-isfar tal-bajd huwa wieħed mill-ftit ikel illi b’mod natrali fih il-Vitamina D
· Għalkemm il-bajd li nixtru ikun abjad jew kannella, hemm razez illi jbidu bajd ta’ kulur blu, aħdar jew roża
· Jekk twaqqa’ bajda fl-art, itfagħlha l-melħ, biex tkun tista tnaddaf aħjar
· Aktar ma tiġieġa tikber fi żmien, aktar tikber il-bajda
X’taf tgħidilna aktar fuq il-bajd?