Mhux kull raġel idejqu s-suf fuq sidru
Ħafna drabi l-irġiel ikollhom xi suf (min ħafna u min ftit) fuq sidirhom. Hawn uħud l-aktar żgħażagħ li ma tantx ikunu kuntenti bih, u jagħżlu li jqaxxru dan is-suf. L-aktar metodi komuni għal dan it-tqaxxir huwa bil-laser jew bil-wax. Ma’ dan kollu, magna li tqaxxar ix-xagħar jew xi cream, ukoll jafu jkunu utli għal min jixtieq jagħmel din il-faċenda waħdu
Imma hawn irġiel ukoll illi mhux talli ma jqaxxrux is-suf ta’ fuq sidirhom, talli jaraw il-vantaġġi li joffri dan is-suf
Is-suf fuq sider l-irġiel huwa wieħed mill-karatteristiċi tal-irġiel, sinjal li tkun qed tiżviluppa, u allura huwa mod kif turi lil sħabek li qed toħroġ mill-fażi ta’ tfulija. Is-suf jagħti dehra aktar maskili. Fost oħrajn, is-suf hu effett tat-testosterone, u liema raġel ma jkunx kuntent illi juri illi hu mimli testosterone? F’ xi kulturi, is-suf mhux biss hu assoċjat mal -irġulija imma ukoll mal- virilita’ , xi ħaġa li taf tattira lejk xi partner
Is-suf fuq is-sider joffrilna ukoll protezzjoni, għaliex dan is-saff żżejjed, jaf inaqqas xi ftit mill-effetti tar-raġġi tax-xemx fuq il-ġilda. Ovvjament ma rridux ninsew li fis -sajf jaf iżidilna is-sħana. Imma fix-xitwa, speċjalment f’ pajjiżi kesħin, dan is-suf jgħin sabiex tinżamm aktar it- temperatura tal-ġisem
Vantaġġ ieħor ta’ dan is-suf hu li jnaqqas il-kuntatt bejn il-ġilda u l-ħwejjeġ, speċjalment waqt xi attività fiżika
Insomma, dak li għal ħafna hu ta’ dwejjaq, għal oħrajn huwa ta’ vantaġġ