Minn fejn iwritna dawn l-affarijiet?
Żgur li ħafna jafu illi dak li nitwieldu bih, fosthom id-dehra, parti mill-karattru, kif ukoll xi mard, ġejjin mingħand il-ġenituri tagħna. Biss hemm ċertu affarijiet illi nkunu writnihom speċifikamnet mingħand ommna JEW missierna
Jekk twelidnix bħala tifel jew tifla, “ iddeċidiha” il-missier. Id-DNA tal-mara fih XX u filwaqt li persuni maskili għandhom X u Y. Mela l-omm bilfors tgħaddi X lill- wild, filwaqt li mill-missier tasal jew l-X jew il-Y, b’konsegenza li jekk il-missier jgħadi l-X tiġi tifla, u jekk jgħaddi l-Y, it-tarbija tkun tifel
Minn naħa l-oħra, kundizzjonijiet ġenetiċi fl-għajnejn inkunu ħadnihom mingħand l-omm. U jekk se twaħħal f’ommok għal xi kundizzjoni li għandek f’għajnejk, ftakar li l-omm għaddietlek ukoll l-intelliġenza. Jekk tħossok intelliġenti, għid grazzi lil ommok
Jekk ommok tgergirlek għax tħobb torqod xi ftit, dejjem tista’ turiha xi studju illi jikkonferma illi l-pattern tal-irqad tiegħek, jixbah lil dak t’ommok. Ovvjamnet, dejjem hemm l-eċċezzjoni. Xi ħaġa oħra li jaf inkunu ħadna mingħand ommna huwa l-abilta’ tagħna li nnaqqsu mill-piż. Ma’ din ħadna ukoll it-tendenza illi bħal ommna nżidu il-piż. Dan ġej minħabba l- “ wirt” tal-metaboliżmu tagħna
Il-burdata: din ukoll hija wirt minn naħa materna, bl-aktar li jeħduha huma l-ulied bniet
It-tul: hemm ħafna fatturi li jiddeterminaw it-tul, u dan ġej mingħand iż-żewġ ġenituri. Ma’ dan kollu, huwa l-missier li jinfluwenza il-growth hormone, b’riżultat li tistenniex li tkun twil ħafna, jekk missierek mhux.
Is-snien– Is-snien ukoll huma wirt tal-missier, u anki jekk l-omm għandha snienha perfetti, ma jfissirx li t’ uliedha se jkunu hekk, la darba il-missier għandu l-problemi fi snienu
Dawn huma ftit affarijiet li nirtu mill-ġenituri. Kultant jaqbillek li jkollok mit tnejn li huma